Left arrow Go Back

Wirja Fotografika, ‘Malte, l'essence de la Méditerranée’, fil Belt ta’ Nivelles fil Belgju.

pr1457
Date Icon 07/08/2010
Nharl-4 ta’ Awissu, 2010 l-Ambaxxatur ta' Malta għall-Renju tal-Belġju, l-E.T. is-Sur Pierre Clive Agius inawgura wirja tax-xogħol mill-fotografu rinomat Malti Gino Galea, li kien preżenti għall-avveniment. Ukoll preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm is-Sinjura Danielle Sarlet, is-Segretarju Ġenerali tas-Servizz Pubbliku tar-Reġjun tal-Wallonia, is-Sur Pierre Huart, is-Sindku tal-Belt ta' Nivelles, u s-Sur André Flahaut, il għadu kif ġie elett President tal-Parlament Federali Belġjan u li kien l-ex Ministru tad-Difiża tal-Belġju.
Il-wirja, li hi intitolata ‘Malte,l'essence de la Méditerranée’’ u li hi miżmuma fiċ-Ċentru Kulturali tal-Belt ta 'Nivelles, se tibqa  għaddejja matul Awissu. Din l-attivita ġiet organizzata mill-Ambaxxata ta' Malta flimkien mar-Reġjun tal-Wallonie biex tiċċelebra l-Presidenza Belġjana tal-Unjoni Ewropea.
Fil-kummenti tagħha għall-inawgurazzjoni is-SinjuraSarlet elenkat ir-riżultati ta' l-Unjoni Ewropea, fosthom iktar sigurtà ogħla għall –konsumatur, protezzjoni ambjentali, u livelli tajbin tal-ħajja. Is-Sinjura Sarlet faħħar il-kwalità tal-wirja fotografika u ddeskrivit Malta bħala gżira ta' teżori u post tal-istorja ħajja.
L-AmbaxxaturPierre Clive Agius irringrazzja lir-Reġjun Franċiż ral-Wallonie għall-inizjattiva li kienet immirat biex tqarreb l-Ewropa lejn il-poplu. Huwa fakkar li Malta kienet din is-sena miżjuda mal-lista ta 'destinazzjonijiet fejn nies mill-Wallonie jistgħu jivvjaġġaw fuq għotjiet reġjonali għall-istudju tal-Ingliż. F'dan ir-rigward, huwa qal, Malta qiegħda tistabbilixxi relazzjonijiet eqreb mar-Reġjun, mhux biss fuq livell istituzzjonali iżda wkoll bejn il-popli stess. Dan huwa meqjus bħala l-aħjar tip ta’ politika għall-Ewropa.
Matulir-riċeviment li segwa l-inawgurazzjoni, ġew servuit inbejjed Maltin u speċjalitajiet gastronomiċi Maltin. Dan kien possibbli permezz tal-assistenza prezzjuża tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali ta' Malta, l-ajru nazzjonali Air Malta u l-Uffiċċju tat-Turiżmu ta' Malta. Madwar tliet mitt ruħ attendew l-avveniment.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow