XOGĦLIJIET F’64 SKOLA MATUL IS-SAJF
pr1456
07/08/2010
| Bħalissa | qed isir xogħol f’64 skola tal-Gvern kemm primarji kif ukoll sekondarji b’nefqa ta’ madwar €600,000. Dan ix-xogħol li jvarja fin-natura u fl-entita’ tiegħu bilfors irid isir matul ix-xhur tas-Sajf meta fl-iskejjel ma jkunx hemm studenti. Ix-xogħol qed isir kollu minn ħaddiema tad-Direttorat tal-Edukazzjoni. |
| Sadattant il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada | għaddejja bit-tlestija ta’ żewġ skejjel sekondarji ġodda, waħda fil-Mosta u oħra f’Victoria Għawdex. Dawn iż-żewġ skejjel se jilqgħu fihom aktar minn 1100 student u qed isiru b’investiment ta’ €19 miljun. Mill-bidu ta’ din il-leġislatura sa issa diġa’ infetħu żewġ skejjel oħra, skola sekondarja tas-subien fil-Kulleġġ Santa Margerita l-Verdala Bormla, u oħra primarja fil-Kulleġġ Santa Klara f’Pembroke. Fis-sentejn ta’ qabel kienu nfetħu wkoll skola sekondarja fil-Kulleġġ San Benedittu, skola sekondarja oħra fil-Kulleġġ Sant’Injazju f’Tal-Handaq u blokk gdid fl-iSkola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi. |
| Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada bħalissa qed | tagħmel xogħlijiet strutturali kbar u qed taħdem fiċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Guardian Angel fil-Ħamrun u fiċ-Ċentru tar-Riżorsi Dun Manwel Attard fil-Wardija, fejn qed isir xogħol strutturali kbir biex dawn il-postijiet li qabel kienu Skejjel għal persuni bi bżonnijiet speċjali issa inbidlu f’Ċentri ta’ Riżorsi. Permezz ta’ dan ix-xogħol tkun tista’ tibda titwettaq ir-riforma fl-iSkejjel Speċjali. |
| L-istess | fondazzjoni qed tagħmel xogħlijiet strutturali oħra fl-iskejjel sekondarji tas-Subien u f’dik sekondarja tal-Bniet tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca u xogħol ukoll fl-iskejjel primarji ta’ Ħal-Kirkop, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Għaxaq, Santa Venera, il-Mosta, il-Baħrija, iż-Żejtun, il-Gżira u l-Isla. |
| Min-naħa | tagħha it-taqsima tas-Servizi Tekniċi tad-Direttorat tal-Edukazzjoni qed tagħmel xogħol fi 58 skola imferrxa fid-disa’ Kulleġġi ta’ Malta. |
| Fil-Kulleġġ Maria Regina qed isir xogħol f’sitt | skejjel. Fil-Kulleġġ San Nikola qed isir xogħol f’erba’ skejjel, fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca f’disa’ skejjel, fil-Kulleġġ San Injazju f’7 skejjel, fil-Kulleġġ Santa Tereża f’sitt skejjel, fil-Kulleġġ San Benedittu f’5 skejjel, fil-Kulleġġ Santa Klara f’7 skejjel, fil-Kulleġġ Santa Margerita fi tmien skejjel u fil-Kulleġġ San Tumas More f’sitt skejjel oħra. |
| B’kollox | din it-taqsima qed tesegwixxi 191 biċċa xogħol differenti fid-diversi skejjel. |
| Qed isir | xogħol ta’ tisbih ta’ ġonna fi 12-il skola oħra. |
| Dawn | ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fl-ewwel ġimgħat ta’ Settembru biex meta jiftħu l-iskejjel aktar tard fl-istess xahar ma jkun hemm ebda periklu jew inkonvenjent għat-tfal, anzi t-tfal jidħlu lura l-iskola f’ambjent aħjar milli ħallew, li joffri opportunita’ ta’ esperjenza edukattiva pożittiva. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990