Left arrow Mur Lura

IL-BAJJA TAX-XLENDI ĊĊERTIFIKATA TAJBA GĦALL-GĦAWM

pr1455
Date Icon 07/08/2010
Wara lisaru testijiet mill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, ġie stabbilit li l-bajja tax-Xlendi issa hija nieqsa minn sinjali ta’ kontaminazzjoni u għalhekk il-baħar f’din il-bajja reġa’ ġie meqjus bħala tajjeb għall-għawm.
Dawnit-testijiet saru wara li t-Tnejn filgħaxija ntlaqgħat aċċidentalment ir-rising main il-qadim tas-sistema tad-drenaġġ waqt li kien għaddej ix-xogħol fil-proġett ta’ rikostruzzjoni tat-triq prinċipali tax-Xlendi. Il-Ministeru għal Għawdex ikkoordina ħidma flimkien ma’ riżorsi minn entitajiet oħra f’Għawdex biex id-drenaġġ ġie mwaqqaf milli jkompli nieżel għal bajja. Saret ukoll ħidma biex ġiet imnaddfa u diżinfettata t-triq filwaqt li nħarġu avviżi biex sakemm toħroġ stqarrija oħra l-għawwiema jevitaw li jgħumu fin-naħa ta’ ġewwa tal-bajja. Il-proċedura stabbilita biex tiddetermina il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm tgħaddi fuq proċess ta’ tlett’ijiem li matulhom jittieħdu kampjuni biex jiġu ttestjati kuljum. Ir-riżultat isir magħruf ladarba jkunu għaddew it-tlett’ijiem.
Issa lil-Awtorità għas-Saħħa Pubblika ħabbret ir-riżultat ta’ dawn it-testijiet, il-Ministeru għal Għawdex jixtieq javża li din il-bajja issa hija tajba għall-għawm. Minkejja li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq ir-rikostruzzjoni tat-triq prinċipali tax-Xlendi, li ser ikun qed jiġi mwettaq permezz ta’ ko-finanzjament minn fondi Ewropej, triq oħra li tgħaddi mill-Munxar qed toffri aċċess alternattiv għal din il-bajja.  Fil-ġimgħat ta’ qabel l-għeluq tat-triq prinċipali, il-Ministeru għal Għawdex wettaq xogħlijiet fuq ir-rotta alternattiva sabiex ikun żgurat l-aċċess kontinwu għal din il-bajja. Sadanittant il-proġett tal-bini mill-ġdid tat-triq prinċipali ser ikun jinkludi l-bdil tas-servizzi qodma li għaddejjin mit-triq u ser issir ukoll installazjoni ta’ sistema ġdida ta’ lqugħ ta’ ilma tax-xita li jinżel f’volum qawwi fix-xitwa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow