Politika li toħloq ambjent li jżid ix-xogħol
pr1452
06/08/2010
| Il-kapaċità ta’ | intrapriża li tagħraf is-sinjali tas-suq, fil-waqt li twettaq investimenti għaqlija, huma ċ-ċavetta għas-suċċess. F’dinja fejn is-suq iżjed ma jmur qed isir tassew kompetittiv, jeħtieġ li l-intrapriżi tagħna jimirħu f’niċċeċ ġodda. Dan qalu illum is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi waqt li kien qed iżur il-kumpanija Servgroup ġewwa ż-żona industrijali tal-Imrieħel. |
| Jason Azzopardi qal li | l-kumpanija Servgroup hija eżempju ċar ta’ kif tul is-snin għarfet timxi mal-andament tas-suq, issib l-opportunitajiet, u tisfruttahom. Dan għamlitu billi kienet kapaċi tiddiversifika l-operat tagħha, waqt li żammet il-pożizzjoni tagħha fis-suq. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li is-suċċess ta’ din l-intrapriża jimxi id f’id mal-politika tal-Gvern għas-settur, fejn il-Gvern joħloq klima biex l-intrapriża timraħ. Huwa kompla li l-Gvern joħloq u jsostni numru ta’ inizzjattivi u miżuri maħsuba biex jinċentivaw l-investiment, u b’hekk joħolqu x-xogħol. |
| Jason Azzopardi | qal li huwa ta’ sodisfazzjon li tara intrapriżi bħal din, jiċċelebraw is-suċċessi tagħhom, u jesprimu ottimiżmu għall-ġejjieni fid-dawl ta’ passi anke lil-hinn minn xtutna. Huwa qal li fl-aħħar jiem żar numru ta’ intrapriżi żgħar u medji li jinsabu fil-proċess li jibbenefikaw mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea ERDF. Dawn il-fondi taħt diversi skemi, qed jipprovdu numru ta’ intrapriżi bl-għajnuna neċessarja biex iwettqu proġetti kreattivi u ambizzjużi, u li permezz tagħhom qed joħolqu opportiniatjiet ġodda fl-operat tagħhom. |
| Il-programm 20 | million for Industry imħaddem mill-Malta Enterprise, qed jgħin diversi kumpaniji, taħt skemi differenti. Dan il-programm, is-Segretarju Parlamentari innota li kien suċċess kbir lokalment, tant li l-fondi disponibbli żdiedu minn €20 miljun għal €25 miljun. Minn dawn il-fondi f’Malta u f’Għawdex, gawdew madward 396 SME. |
| Intant Jason Azzopardi | għamel referenza wkoll għall-ewwel laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv tal-Intrapriża li mexxa l-Ministru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech il-ġimgħa li għaddiet. Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari għamel preżentazzjoni fuq l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, liema Att ser iwassal għal leġiżlazzjoni aħjar għan-negozji żgħar u medji f’pajjżina. |
| Fost l-oħrajn dan l-att | ser ikun qed jipprovdi li entitajiet pubbliċi, speċjalment dawk li jkollom x’jaqsmu magħhom spiss l-SMEs, ikun jinħtieġilhom jagħmlu surveys regolari u indipendenti dwar is-servizz li huma joffru lill-klijenti SME tagħhom. Dan sabiex jiġi żgurat li dawn l-entitajiet jibqgħu jaqdu ’l SMEs b’mod effiċjenti. L-Att dwar in-Negozji Żgħar, jipprovdi ukoll biex issir ġabra tal-informazzjoni kollha neċessarja għan-negozji żgħar f’post wieħed online. Dan jiffaċilita referenza iżjed faċli għal din l-informazzjoni mill-operaturi SME. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990