APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-ĦATRA TAL-KUNSILL TA’ L-ORGANIZAZZJONIJIET VOLONTARJI
pr1450
06/08/2010
| Il-Ministru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, l-Onor. Dolores Cristina tilqa' applikazzjonijiet għall-ħatra tal-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat skond l-Artikolu 35 ta’ dan l-Att. |
| Il-Kunsill se jkun | magħmul minn President u għaxar membri oħra. Minn fost dawn il-ħdax-il membru, wieħed jinħatar mill-Ministru biex jirrappreżenta lill-Gvern, membru ieħor ikun il-Kummissarju ex officio u d-disa’ membri l-oħra jinħatru skond is-subartikolu (3) ta’ dan l-Att. |
| (A) | Ħames membri minn fost is-settur tal-volontarjat kif ġej: |
| 1. tliet | membri li jiġu nnominati minn organizzazzjonijiet volontarji iskritti sa dakinhar tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż; |
| 2. membru | wieħed li jiġi nnominat minn organizzazzjonijiet volontarji li ma jkunux iskritti skond dan l-Att iżda li jkunu rreġistrati skond ma hemm imsemmi fit-Tieni Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili; (minħabba li r-reġistrazzjoni skond il-Kodiċi Ċivili għadha ma bdietx, il-persuna li tinħatar trid tintgħażel minn fost dawk innominati minn organizzazzjonijiet volontarji oħrajn); |
| 3. membru | wieħed li jiġi nnominat minn organizzazzjonijiet volontarji li la jkunu iskritti skond ma hemm f’dan l-Att u lanqas ma jkunu rreġistrati skond ma hemm imsemmi fit-Tieni Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili |
| (B) | Erba’ membri li għandhom jinħatru kif ġej: |
| 1. membru | wieħed biex jirrappreżenta lil fundaturi u donaturi ta’ organizzazzjonijiet volontarji; |
| 2. membru | wieħed biex jirrappreżenta lil membri ta’ organizzazzjonijiet volontarji u lil volontieri; |
| 3. membru | wieħed biex jirrappreżenta lil amministraturi ta’ organizzazzjonijiet volontarji; |
| 4. membru | wieħed biex jirrappreżenta lil organizzazzjonijiet barranin u dawk internazzjonali. |
| Iżda meta jkun hemm aktar minn nomina waħda li tkun | tirrappreżenta lil xi settur partikulari, il-Ministru għandha taħtar lil dawk il-membri minn fost in-nomini li jkun irċieva. |
| Iżda meta ma jkunx hemm nomini, il-Ministru għandha | taħtar lil dawk il-membri fid-diskrezzjoni tagħha. |
| Iżda qabel ma l-Ministru tappunta l-membri | tal-Kunsill, għanda minnufih tikkonsulta mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Kamra tad-Deputati jew xi kumitat ieħor li jissostitwih dwar in-nomini riċevuti. |
| Persuna ma tkunx ikkwalifikata biex tinħatar membru | fil-Kunsill kemm-il darba hija: |
| a. tkun | Imħallef, Maġistrat, Membru tal-Kamra tad-Deputati jew ta’ Kunsill Lokali, jew kandidat għall-elezzjoni fil-Kamra tad-Deputati jew Kunsill Lokali; jew |
| b. jew | legalment inkapaċitata jew interdetta; jew |
| c. tkun | ġiet iddikjarata falluta jew tkun għamlet kompożizzjoni jew arranġament mal-kredituri tagħha; jew |
| d. tkun | instabet ħatja ta’ xi reat kontra l-fiduċja pubblika jew ta’ serq jew frodi, jew tkun xjentement laqgħet għandha proprjetà li tkun ġejja minn serq jew frodi, jew ta’ xi reat kontra dan l-Att. |
| In-nomini minn | organizzazzjonijiet volontarji akkumpanjati min curriculum vitae tal-persuna/i nominata/i, u li jindikaw taħt liema minn dawn it-taqsimiet qed jitressqu dawn in-nomini, jintlaqgħu mill-Kummissjoni Għall-Organizzazzjonijiet Volontarji sat-20 ta’ Awissu 2010: |
Block C, Floriana FRN 1700
Tel: 25687261
Email: vo@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990