Skema għal proġetti maħsuba għal turiżmu sostenibbli
pr1447
06/08/2010
| Għadd | ta’ intrapriżi qed jieħdu vantaġġ minn skema ta’ għotjiet għal proġetti favur turiżmu sostenibbli u għat-tisħiħ tal-kompetittivita’. L-iskema tuża fondi Ewropej biex tiffinanzja l-proġetti ta’ intrapriżi liċenzjati. Il-proġetti jridu jkunu ħolistiċi biex iħallu impatt pożittiv akbar fuq is-settur. |
| L-iskema | ta’ Għotjiet għal Turiżmu Sostenibbli diġa’ nediet tnejn mit-tliet sejħiet għal proġetti li ġew ippjanati. L-ewwel sejħa saret fi Frar 2009 li minnha gawdew 29 proġett ta’ lukandi, ristoranti, attrazzjonijiet turistiċi, skejjel tal-għads u skejjel tal-lingwa Ingliża. Bħalissa qed ikunu evalwati il-111-il proġett li qed jitolbu fondi mit-tieni sejħa. |
| L-iskema | ta’ finanzjament tinvolvi nvestiment ta’ €10 miljun, bl-azjendi li jiġu magħżula għall-għajnuna jingħataw bejn 30 u 50 fil-mija tan-nefqa li jkunu ser jagħmlu fuq il-proġett approvat u skond il-kobor tiegħu. |
| Id-dettalji ngħataw waqt żjara li s-Segretarju | Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said għamel lil San Giuliano Catering Limited. Din il-kumpanija topera tliet ristoranti f’San Ġiljan li huma frekwentati sew mill-Maltin kif ukoll mit-turisti. |
| San | Giuliano Catering Ltd ingħatat għajnuna taħt din l-iskema biex tirrestawra żewġ boathouses bil-ħnejjiet fil-bajja ta’ Spinola taħt ir-ristoranti u li huma wkoll il-pedamenti tas-San Giuliano Restaurant. Il-proġett ikkwalifika taħt l-area ta’ intervent tat-titjib tal-prodott u investiment fit-tagħmir. Bħala parti mill-proġett sar restawr tal-ġebel u tqiegħdu dwal. Dan il-proġett isebbaħ ukoll parti mill-wirt kulturali Malti, bil-faċilita’ toffri wkoll esperjenza waqt li dak li jkun ikun qed jiekol. |
| L-iskema | li gawdiet minnha din il-kumpanija tappoġġja b’mod dirett u indirett lil dawk li jipprovdu servizzi turistiċi u SMEs. L-għajnuna finanzjarja tgħin fit-tkabbir u l-iżvilupp turistiku u operazzjonijiet kulturali. L-iskema hi miftuħa għall-għajnuna ta’ kull tip ta impriża b’mod partikolari għall-SMEs li jikkaratterizzaw dan is-settur. L-iskema hi maħsuba wkoll li tikseb numru ta’ benefiċċji li jinkludu żieda fl-innovazzjoni fis-settur u l-iżvilupp tat-turiżmu u prattiċi kulturali li huma ekonomikament, ambjentalment u soċjalment sostenibbli. |
| L-intrapriżi li jissottomettu proposta ta’ proġett | iridu jiżguraw li l-attivitajiet proposti jagħmlu sehem minn dawn l-areas ta’ intervent: |
· Titjib tal-prodott u investiment fit-tagħmir;
· Investiment f’miżuri li jkunu ‘Environmentally friendly’;
· Investiment fit-teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni;
· Investiment fl-intraprenditorija;
· Investiment fil-‘marketing’.
| Chris | Said spjega kif l-iskop wara din l-iskema hu li nkomplu ntejjbu l-prodott turistiku li joffri pajjiżna, li nagħtu lit-turist iktar valur għall-flus li jkunu qed jonfqu u li nibqgħu kompetittivi f’suq fejn iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jiżdiedu l-pajjiżi fit-tramuntana u n-nofsinhar ta’ Malta li qed jidħlu fis-suq turistiku internazzjomali. |
| Chris | Said faħħar l-impenn tas-settur privat li qed jgħin fit-tisbiħ u fit-titjib tal-prodott turistiku Malti. Sa 20 sena ilu kulħadd kien jistrieħ fuq l-inizjattiva tal-Gvern li jsebbaħ u jieħu ħsieb jirranġa l-lokalitajiet l-aktar imfittxija mit-turisti. |
| F’dawn | l-aħħar snin, grazzi għall-kultura imprenditorjali li nbniet, is-settur privat qed jieħu l-inizjattiva biex jirrestawra postijiet storiċi u ġawhriet arkitettoniċi li jkunu f’idejh. Grazzi għal dan ir-restawr ikun qed igawdi mhux biss in-negozju nnifsu iżda wkoll negozji oħra fl-istess inħawi u anki isem il-pajjiż. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990