Workshops fil-Ħiliet ta’ Oratorja (Oracy) għall-għalliema tal-Ingliż
pr1444
06/08/2010
| L-English Speaking Union ta’ Malta se torganizza | numru ta’ workshops ta’ nofs ta’ nhar għal għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji fejn ikollhom l-okkażjoni biex jiddiskutu u jaqsmu ideat fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet ta’ Oratorja. Attendenza hi b’xejn fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel jiġi aċċettat. Dawn se jsiru taħt l-awspiċi tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. |
| Il-workshops, bit-tema Introduzzjoni għall-Oratorja | (Oracy), se jsiru dan ix-xahar u x-xahar id-dieħel matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu fl-uffiċini ta’ ESU Malta fi Queen’s Court, Triq Sir Adrian Dingli, tas-Sliema. L-għan tal-programm hu biex tikber il-kuxjenza fuq l-importanza tal-iżvilupp tal-ħiliet ta’ oratorjafost l-istudenti. |
| Dawn | huma ħiliet essenzjali u qed jingħataw aktar importanza fil-kurrikulu biex wieħed jiżviluppa kemm il-Malti mitkellem u l-Ingliż mitkellem. Dan il-programm hu ta’ relevanza kbira u importanti għall-għalliema anke għaliex se jibdew isiru eżamijiet orali għal studenti tal-A level fl-Ingliż fl-2013. |
| Kull | workshop jiffoka fuq kif l-għalliema jistgħu jħeġġu l-istudenti jitkellmu, bl-użu ta’ eżempji, bħal kotba bl-istampi, diskussjonijiet ibbażati fuq media u Ingliz bħala t-tieni lingwa. L-għalliema se jkollhom l-opportunità jipprattikaw il-ħiliet tagħhom fl-Oratorja billi jagħmlu xi eżerċizzi kif jitkellmu fil-pubbliku. Workshops għall-għalliema fl-iskejjel primarji se jinżammu fl-24 ta’ Awwissu u fit-2, 9 u l-14 ta’ Settembru. Dawk għal għalliema fl-iskejjel sekondarji se jsiru fis-26 u l-31 ta’ Awwissu u fis-7 u s-16 ta’ Settembru. Is-sessjonijiet jibdew fit-8.30 a.m. u jispiċċaw f’nofs in-nhar. |
| Għaxar | persuni biss jistgħu jattendu kull workshop u kull għalliem jista’ jattendi sessjoni waħda. Biex wiehed japplika, ghandhu jżur is-sit elettroniku ta’ ESU Malta (www.esumalta.org), u minn fuq il-menu ‘Workshops’ jiklikkja fuq ‘Introduction to Oracy’. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990