Left arrow Go Back

Workshops fil-Ħiliet ta’ Oratorja (Oracy) għall-għalliema tal-Ingliż

pr1444
Date Icon 06/08/2010
L-English Speaking Union ta’ Malta se torganizzanumru ta’ workshops ta’ nofs ta’ nhar għal għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji fejn ikollhom l-okkażjoni biex jiddiskutu u jaqsmu ideat fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet ta’ Oratorja. Attendenza hi b’xejn fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel jiġi aċċettat.  Dawn se jsiru taħt l-awspiċi tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Il-workshops, bit-tema Introduzzjoni għall-Oratorja(Oracy), se jsiru dan ix-xahar u x-xahar id-dieħel matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu fl-uffiċini ta’ ESU Malta fi Queen’s Court, Triq Sir Adrian Dingli, tas-Sliema. L-għan tal-programm hu biex tikber il-kuxjenza fuq l-importanza tal-iżvilupp tal-ħiliet ta’ oratorjafost l-istudenti.
Dawnhuma ħiliet essenzjali u qed jingħataw aktar importanza fil-kurrikulu biex wieħed jiżviluppa kemm il-Malti mitkellem u l-Ingliż mitkellem. Dan il-programm hu ta’ relevanza kbira u importanti għall-għalliema anke għaliex se jibdew isiru  eżamijiet orali għal studenti tal-A level fl-Ingliż fl-2013.
Kullworkshop jiffoka fuq kif l-għalliema jistgħu jħeġġu l-istudenti jitkellmu, bl-użu ta’ eżempji, bħal kotba bl-istampi, diskussjonijiet ibbażati fuq media u Ingliz bħala t-tieni lingwa. L-għalliema se jkollhom l-opportunità jipprattikaw il-ħiliet tagħhom fl-Oratorja billi jagħmlu xi eżerċizzi kif jitkellmu fil-pubbliku. Workshops għall-għalliema fl-iskejjel primarji se jinżammu fl-24 ta’ Awwissu u fit-2, 9 u l-14 ta’ Settembru. Dawk għal għalliema fl-iskejjel sekondarji se jsiru fis-26 u l-31 ta’ Awwissu u fis-7 u s-16 ta’ Settembru. Is-sessjonijiet jibdew fit-8.30 a.m. u jispiċċaw f’nofs in-nhar.
Għaxarpersuni biss jistgħu jattendu kull workshop u kull għalliem jista’ jattendi sessjoni waħda. Biex wiehed japplika, ghandhu jżur is-sit elettroniku ta’ ESU Malta (www.esumalta.org), u minn fuq il-menu ‘Workshops’ jiklikkja fuq ‘Introduction to Oracy’.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow