Left arrow Mur Lura

IMNIEDI PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IL-POLITIKA DWAR L-ILMA

pr1443
Date Icon 05/08/2010

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino, nieda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-Politika dwar l-Ilma għal pajjiżna. Dan id-dokument ippubblikat illum jelenka numru ta’ objettivi u għanijiet li din il-politika tasal għalihom, fosthom;

  • Li nilħqu mad-domanda għall-ilma tax-xorb, għall-agrikoltura u għall-użu industrijali;
  • Immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsa;
  • Protezzjoni tal-ambjent tal-ilma mit-tniġġiż;
  • Allokazzjoni ġusta tar-riżorsi permezz ta’ regolamentazzjoni u
  • l-adattazzjoni għat-tibdil fil-klima u tnaqqis tal-effett tal-għargħar u nixfa.

Il-Ministru Pullicino saħaq li biex illum tnieda dan il-proċess sar ħafna xogħol u studji relatati biex il-policies proposti jkunu sostjnuti minn studji xjentifiċi. Fost dawn insibu x-xogħol riċenti li sar mal-British Geographical Society u l-Ministeru Franċiż għall-Ambjent biex ikun imsejjes programm ta’ miżuri li jħares lejn is-sostenibbiltà tar-riżorsi.

L-iskop tal-miżuri li qegħdin jittieħdu u li qed ikunu proposti fid-dokument, huwa biex ikun hemm protezzjoni għall-użu strateġiku sew għax-xorb kif ukoll l-ilma meħtieġ mis-settur agrikolu, settur li l-Gvern jemmen bis-sħiħ fl-importanza tiegħu.

Il-Ministru Pullicino qal li dan id-dokument ikompli jibni fuq dak li sar f’dawn l-aħħar snin. Qatt daqs dawn l-aħħar snin ma saret ħidma fuq dan is-settur sabiex l-ilma jibqa’ jkun riżorsa sostenibbli.

Il- Ministru Pullicino fakkar li sentejn ilu kompla l-proċess ta’ reġistrar tal-ispiri u boreholes li kien hawn f’pajjiżna. Dan wassal biex ġew reġistrati  b’kollox f’pajjiżna madwar 8,000 borehole.

Wara r-reġistrazzjoni ġie mniedi  t-tieni pass fejn kull min jisupplixxi l-ilma permezz tal-bowsers irid ikollu liċenzja maħruġa apposta mill-MRA biex ikun jista’ jissupplixxi l-ilma kif ukoll sar l-obbligu li jkun installat fuq kull bowser reġistrat tracking system.  Dan sar sabiex inkun maghruf minn fejn qed jiġi estratt l-ilma, safejn qed jiġi distribwit dak l-ilma, fejn qed imur, fejn qed jingħata kif ukoll il-volum tal-ilma biex b’hekk jkollna stampa sħiħa ta’ dak li huwa għaddej.  Din is-sena inħareġ Avviż Legali ieħor Nru. 241 bil-għan li jiġi kkalkolat permezz ta’ meter li qed jitwaħħal ma’ kull borehole, ma’ kull spira l-ilma li jittella’ minn taħt l-art, sabiex isir moniteraġġ tas-sitwazzjoni u jkun hemm stampa aktar ċara ta’ kemm verament qed jitella’ ilma.

Dan ikompli juri kemm il-Gvern qed jieħu dan il-qasam b’impenn u azzjoni konkreta. Dan jidher ukoll tant li l-kwalita’ tal-ilma tax-xorb żdiedet. Filwaqt li l-Water Services Corporation naqset l-estrazzjoni mill-ilma ta’ taħt l-art għall-ilma tax-xorb, fl-istess ħin żdiedet il-produzzjoni tal-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis. Dan sabiex jintlaħqu dejjem aktar standards ta’ kwalita’.

Bl-investiment li sar mill-Gvern f’dan il-qasam sabiex titjieb l-infrastruttura, bħal tibdil ta’ pajpijiet, metres, intellegent systems f’dak li huwa presure control u l-infurzar tal-leakage detection, it telf tal-ilma mis-sistema naqas b’mod drastiku. Dan juri l-importanza li qed tingħata fl-effiċjenza tas-sistema’ filwaqt li fadal xi jsir sabiex tonqos il-ħela.

Dan id-dokument jipproponi sew direzzjoni kif ukoll miżuri li issa qed ikunu proposti formalment għal konsultazzjoni mal-istakeholders kollha kif ukoll bi tħejjija għall-Istrategic Environment Assessment (SEA) Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika se jdum 6 ġimgħat u l-pubbliku jista’ jibgħat il-kummenti tiegħu fuq waterpolicy.mrra@gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow