SKOLA SAJF TIPPROMWOVI L-IMĦABBA LEJN L-ANNIMALI
pr1441
05/08/2010
L-Onor. Stephen Spiteri, Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, dal-għodu attenda għall-Animal Awareness Day li saret fl-iskola primarja taż-Żejtun, bħala parti mill-attivitajiet ta’ SkolaSajf.
| Għal din | l-okkażjoni t-tfal li jattendu dan iċ-Ċentru ħejjew poeżiji u play qasira bit-tema tal-imħabba lejn l-annimali. |
| F’kelmtejn li għamel l-Assitent Parlamentari Stephen | Spiteri tkellem dwar il-ġid li l-annimali jagħmlu kemm lill-ambjent kif ukoll lill-bniedem u saħaq dwar l-importanza li nuru mħabba lejn dawn il-ħlejjaq u ma naħqruhomx u anqas inħallu lil min jaħqarhom. Stephen Spiteri qal li l-annimali domestiċi huma l-ħbieb tal-bniedem u f’ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira għalih. Hu enfasiżża mat-tfal li jekk ma jkunux lesti li jieħdu ħsiebhom u jħobbuhom ma għandhomx jaċċettaw annimali bħala pets. |
| Preżenti | għaċ-ċerimonja kien hemm ukoll is-Sur George Borg, Direttur għas-Servizzi tal-Istudenti fid-Direttorat tal-Edukazzjoni u s-Sur Salvu Saliba, Koordinatur ta’ SkolaSajf. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990