Iżjed intrapriżi żgħar igawdu minn fondi tal-E.R.D.F.
pr1440
05/08/2010
| Mijiet ta’ intrapriżi | żgħar u medji (SMEs), jinsabu fi stadji differenti fil-proċess li jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea maħsuba biex jagħtu stimolu, u inċentiv għall-investiment. Dawn il-fondi qed jippermettu bosta kumpaniji jagħmlu l-pass li jmiss, biex joħolqu proġetti ġodda, u jikkompetu fi swieq ġodda. |
| Seamless Limited hija | waħda minn dawn il-kumpaniji li fl-aħħar sentejn kabbret l-operat tagħha biex illum qed tħares lejn is-swieq tal-Afrika ta’ Fuq. Din il-kumpanija fl-aħħar xhur ibbenefikat minn madwar €30,000 mill-fond Ewropew ghall-Izvilupp Reggjonali (European Regional Development Fund – ERDF) grazzi għall-iskema Start-up Grant Scheme li hija parti mill-programm 20 million for Industry, imħaddem mill-Malta Enterprise. |
| ‘L-enerġija ta’ | intrapriża żagħżugħa flimkien ma’ investiment kontinwu iwasslu għal storja ta’ suċċess’. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi waqt żjara li ghamel illum fil-fabbrika tal-kumpanija Seamless fiż-żona industrijali tal-Ħandaq, f’Ħal Qormi. |
| Huwa saħaq li Seamless | hija eżempju ieħor ta’ kif il-Gvern permezz tal-fondi ERDF qed jidħol bi sħab ma’ intrapriżi differenti, għal proġetti li jippermettulhom jistabbilixxu ruħhom fil-ġeneri tagħhom. Huwa kompla li din il-kumpanija kienet kapaċi issib u tiżviluppa n-niċċa tagħha tul l-aħħar snin. Illum din il-kumpanija wasslet f’punt fejn qed tħares lejn opportunitajiet ġodda lil hinn minn xtutna. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Azzopardi saħaq li s-settur intraprenditorjali ta’ pajjiżna huwa mogħni bi kreattivita’ u enerġija li sservi ta’ mutur importanti għall-ekonomija tagħna. Flimkien ma’ investiment kostanti, dan jirriżulta fi tkabbir u suċċess għas-settur SME ta’ pajjiżna. |
| L-Onor. Jason | Azzopardi għamel referenza ukoll għall-ewwel laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv tal-Intrapriża li mexxa l-Ministru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech il-ġimgħa li għaddiet. Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari għamel preżentazzjoni fuq l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, liema Att ser iwassal ghal legiżlazzjoni aħjar għan-negozji żgħar u medji f’pajjżina. |
| Fost | l-oħrajn, dan l-Att ser ikun qed jipprovdi għat-twaqqif ta’ korp konsultattiv dedikat speċifikament għall-intrapriża li jassisti l-Gvern fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika għal dan il-qasam. |
| L-Att | dwar in-Negozji ż-Żgħar ser iwaqqaf ukoll kulleġġ ta’ regolaturi li jagħti pariri lill-Gvern dwar il-politika regolatorja għas-settur. Fost l-oħrajn, dan il-kulleġġ ser ikollu l-għan li jnaqqas burokrazija żejda speċjalment għan-negozji l-iżjed żgħar, kif ukoll iwassal għal armonizzazzjoni bejn is-servizzi li jużaw dawn l-intrapriżi. Dan ser iwassal għal amministrazzjoni aħjar permezz ta’ inqas burokrazija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990