Skavi fil-Wied ta’ Mġarr ix-Xini jitfgħu aktar dawl fuq il-vitikultura fl-era Punika u Rumana
pr1439
05/08/2010
| Il-vitikultura u l-industrija tal-għasir tal-għeneb | u l-produzzjoni tal-inbid kellhom rwol importanti fl-ekonomija tal-gżejjer Maltin sa mill-perjodu Klassiku. Dan kien stabbilit minn studji li saru fil-passat u qed ikun konfermat minn skavi li bħalissa qed isiru fil-Wied ta’ Mġarr ix-Xini. |
| Id-dettalji ngħataw waqt żjara li s-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Onor. Chris Said għamel fis-sit arkeoloġiku Tal-Loġġa li jinsab fil-Wied ta’ Mġarr ix-Xini. |
| L-iskav huwa parti ntegrali mill-proġett tal-Park | Reġjonali li qed isir bi sħab bejn il-Kunsilli Lokali Ta’ Sannat u tax-Xewkija bl-għajnuna finanzjarja tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika. Għal dan il-proġett il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta’ Sannat kisbu fondi permezz tal-iSkema ta’ Finanzjament ta’ Proġetti Speċjali f’Lokalitajiet Żgħar. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li din is-sena l-Gvern se jkun qed jgħin fil-finanzjament u fit-twettiq ta’ 15-il proġett speċjali f’daqstant ieħor lokalitajiet żgħar permezz ta’ din l-iskema. Għal dan il-għan se jkun qed joħroġ €237,000. L-iskema hi mmirata li tgħin lokalitajiet żgħar jagħmlu ċertu proġetti li ma jistgħux jagħmlu bl-allokazzjoni finanzjarja diretta li jingħataw kull sena. |
| Il-Wied ta’ Mġarr ix-Xini | qed ikun riabilitat biex jinbidel f’Park Reġjonali. Se jsir aċċessibbli kif kien qabel b’numru ta’ passaġġi eżistenti, li iżda kienu abbandunati, se jinkixfu sabiex jerġgħu jibdew jintużaw. Dan il-wied hu mogħni b’rikkezzi naturali fosthom formazzjonijiet ġeoloġiċi, flora u fauna imprezzabbli. |
| L-iskav f’Tal-Loġġa | qiegħed isir f'għalqa li hi assoċjata ma' sett ta' ħwat imħaffrin fil-blat taħt rock-shelter zgħir. S'issa nstabu 15 minn dawn is-settijiet ta' ħwat li hemm mal-Wied ta' Mġarr ix-Xini. L-indikazzjonijiet kollha juru li dawn kienu jintużaw għall-għasir tal-għeneb, inkluż dan is-sett ta' ħwat li hemm assoċjat mal-għalqa fejn qiegħed isir l-iskav f'Tal-Loġġa. Minħabba li s-sett tal-ħwat ma jistax jiġi skavat qed isiru skavi fl-għalqa li hi assoċjata miegħu biex l-informazzjoni li tinkiseb mill-għalqa tixħet dawl fuq is-sett tal-ħwat ukoll. |
| Kollox jindika li qabel | ma kien hemm l-għalqa li hemm illum, kien hemm barriera, u evidentement din kienet tal-perjodu Puniku jew Ruman bikri. Fil-fatt, ħarget evidenza ta' qtugħ ta' blat, anke f'forma ta' trinek, fi proċess biex jiġu elevati l-blokki tal-ġebel. Iktar tard, iżda dejjem fil-perjodu Klassiku, il-barriera nbidlet f'għalqa li ġiet konnessa mas-sett ta' ħwat permezz ta' taraġ imqatta’ fil-blat. |
| Aktarx li l-għeneb li | kien jinqata’ mid-dwieli f'din l-għalqa kien jittieħed immedjatament f'dan is-sett ta' ħwat biex, hemmhekk, jingħasar f’inbid. |
| Il-proġett qed isir b'inizjattiva | tal-Kunsilli Lokali Ta' Sannat u tax-Xewkija bil-kollaborazzjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u tad-Dipartiment ta' l-Arkeoloġija tal-Universita' ta’ Malta. Bħala parti minn dan il-proġett il-Kunsilli Lokali qed ihejju pjani biex isir ċentru ta’ interpretazzjoni sabiex joffri introduzzjoni għall-wied u għall-wirt naturali u arkeoloġiku li dan joffri. L-istess ċentru ser ikun jinkludi wkoll esibizzjoni permanenti bl-oġġetti misjuba fl-iskavi tas-sit f’Għar ix-Xiħ. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990