Left arrow Mur Lura

Siltiet minn diskors li l-Onor. Mario de Marco, Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, għamel meta żar xogħlijiet li qed jitwettqu mill-M.T.A. f’Wied iż-Żurrieq

pr1437
Date Icon 05/08/2010
L-istrateġijatal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) hija mibnija fuq l-aċċessibiltà; il-promozzjoni u l-prodott.
ProdottMalta jirrikjedi ħidma kontinwa minn kulħadd: il-Gvern, is-settur privat u l-poplu Malti u Għawdxi kollu. Il-Gvern iwettaq proġetti infrastutturali, proġetti urbani u proġetti ta’ tisbiħ u restawr. Il-MTA tieħu inizjattivi kontinwi biex ikollna xtut iktar aċċessibbli u  ndaf u biex ix-xtut l-iktar frekwentati mill-Maltin u t-turisti jkunu mmexxija tajjeb.
Wied iż-Żurriequ ż-żjara li jagħmlu t-turisti bid-dgħajjes għall-Blue Grotto dejjem kienu ta’ attrazzjoni. Jirriżulta minn stħarriġ li tagħmel l-MTA li medja ta’ bejn 25 u 30 fil-mija – jew madwar 360,000 tat-turisti kollha li jiġu Malta jżuru Wied iż-Żurrieq. Siti popolari dwar l-ivvjaġġar fuq l-internet jqisu l-Blue Grotto bħala destinazzjoni li għandek taraha meta tkun Malta. Barra minhekk il-fdalijiet tal-Umm el Faroud jagħmel l-inħawi sit popolari mal-għaddasa. Il-fdalijiet tal-Umm el Farouk huma meqjusa fost l-aqwa ħames postijiet għall-għads f’Malta.
F’dawnl-aħħar  xhur sar xogħol biex l-inħawi pubbliċi u l-aċċess għad-dgħajjes jiġu rranġati u msebbħa mill-MTA b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Qrendi. Il-proġett, li beda bħala intervent żgħir biex tittejjeb it-triq tal-aċċess għad-dgħajjes u biex jitjieb l-aċċess għall-għaddasa kiber fi proġett stmat li jiswa madwar €150,000 li parti minnhom qed jinħarġu mill-Kunsill Lokali Qrendi..
Il-MTAqed twettaq serje ta’ interventi li jinkludu: titjib fil-wiċċ tal-moll; titjib fir-rampa ta’ aċċess lejn fejn ikun hemm id-dgħajjes li jinkludi wkoll ir-railings u l-kaptelli ta’ ġebel tal-qawwi, titjib tal-wiċċ tal-art quddiem it-ticketing booth, titjib għall-aċċess tal-parkeġġ tad-dgħajjes, titjib u restawr tal-istruttura tal-boathouse, stallazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dwal, post għad-dell ġdid ħdejn it-ticketing booth, bins ġodda, bini ta’ bank ġdid ħdejn  in-naħa tal-istennija, bdil ta’ ‘decking’ tal-injam tul ir-rampa, titjib tat-turġien ta’ aċċess għall-għaddasa u l-installazzjoni ta’ slielem ta’ aċċess għall-għaddasa u l-istallazzjoni ta’ winċ ġdid għad-dgħajjes.
Humaħsub li jsiru nterventi oħra bħat-tneħħija ta’ wires imdendla wara li jitqegħdu fi trinek, u  l-istallazzjoni ta’ fanali  tal-elettriku.
Sadattant din is-sena l-MTA wettqet żewġ proġettita’ tisbiħ fl-inħawi ta’ Fond Għadir/Exiles f’Tas-Sliema u fil-Ponta Tal-Qawra bl-iskop li tikber l-aċċessibbiltà għall-għawwiema u għaddasa li jiffrekwentaw l-inħawi.
F’FondGħadir l-MTA nefqet madwar €280,000 għat-titjib ġenerali tal-inħawi li jinkludi passaġġi aħjar, l-istallazzjoni ta’ slielem għall-baħar, u tqegħid ta’ passaġġi tal-injam biex itejjbu l-aċċessibiltà.
Fil-Pontatal-Qawra l-MTA wettqet interventi b’investiment ta’ madwar €205,000 li jinkludu aċċessibbiltà  għall-għawwiema u aċċessibbiltà aħjar għall-inħawi u l-baħar għall-għaddasa. Din hi area importanti għall-għads. L-interventi hawnhekk kienu jinkludi passaġġi aħjar u l-installazzjoni ta’ slielem, uħud minnhom maħduma apposta għall-għaddasa.
L-MTAnefqet ukoll €40,000 fl-inħawi ta’ Fond Għadir u l-Ponta tal-Qawra fuq proġetti ta’ landscaping kif ukoll fuq għamara tax-xatt u bins għas-separazzjoni tal-iskart.
Minbarradawn il-proġetti l-MTA wettqet diversi nterventi fuq xtut oħrajn  li jinkludu l-istallazzjoni ta’ passaġġi li minn fuqhom jgħaddu n-nies; sinjali ta’ informazzjoni; servizz ta’ lifeguards u superviżjoni tax-xtajtiet; faċilitajiet addizzjonali ta’ toilets fil-Bajja ta’ San Ġorġ u fl-Għadira; attivitajiet edukattivi bl-objettiv finali li l-poplu jkun iktar konxju dwar l-ambjent naturali u l-blue flag fost il-popolazzjoni lokali u fost il-barranin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow