JOB CENTRE ĠDID TAL-ETC F’BIRKIRKARA
pr1435
04/08/2010
| Bħala | parti mill-isforzi tagħha biex iżżid il-kuntatt mal-klijenti, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) qed tagħti s-servizzi tagħha minn job centre ġdid fiċ-Ċentru Ċiviku ta’ Birkirkara. |
| Il-job | centre il-gdid fil-qalba ta’ Birkirkara se jagħti s-servizzi li jingħataw minn job centres oħra tal-ETC, fosthom assistenza, informazzjoni u pariri lil dawk li jirreġistraw għax-xogħol u lil persuni oħra li qed ifittxu xogħol. Informazzjoni fuq id-diversi skemi tal-impjiegi immaniġjati mill-Korporazzjoni, kif ukoll informazzjoni fuq l-għażla vasta ta’ programmi ta’ taħriġ se tingħata lill-klijenti minn employment advisor professjonali. |
| L-ETC | għandha ħames job centres oħra li jinsabu fil-Belt Valletta, fil-Birgu, fil-Mosta, fil-Qawra u fir-Rabat, Għawdex. Il-job centre il-gdid ta’ Birkirkara se jkun miftuħ għall-pubbliku nhar ta’ Tlieta u Ħamis mit-08:30hrs sa 12:30hrs. Dawk il-persuni li ma jistgħux iżuru dan il-job centre f’dawn il-ġranet jistgħu jmorru fl-eqreb job centre fi Triq Sant’Anna, il-Mosta, li jkun miftuħ kuljum. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990