Left arrow Mur Lura

Xogħlijiet f’448 triq f’47 lokalita`

pr1434
Date Icon 04/08/2010
Fit-tnax-il xahar li ġejjin se jkunu qed isiruxogħlijiet f’448 triq lokali f’47 lokalita` differenti madwar il-gżejjer Maltin b’investiment totali ta’ 13.5 miljun ewro. Dawn ix-xogħlijiet se jsiru taħt tliet skemi differenti mfassla mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali. Ir-rwoli tal-Kunsilli Lokali u f’ċerti każi anki tas-settur privat se jkunu essenzjali biex isir ix-xogħol.
Id-dettalji ngħataw waqt żjara li s-SegretarjuParlamentari Chris Said għamel fuq il-lant tax-xogħol fl-Imqabba fejn bħalissa qed jitlestew ix-xogħlijiet f’numru ta’ toroq. Hu intlaqa’ mis-Sindku tal-Imqabba Noel Galea u mill-kunsillieri tal-lokalita`. L-Imqabba hi waħda mis-47 lokalita` li qed igawdu minn dawn l-iskemi u b’kollox fiha se jsiru 29 triq.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said spjega li 202toroq f’26 lokalita’ se jkunu qed isiru taħt l-Iskema ta’ Sħubija bejn il-Gvern, il-Gvern Lokali u l-Privat (Public-Private Partnership).  Ix-xogħlijiet taħt din l-iskema se jiswew madwar seba’ miljun ewro u l-Gvern se jkun qed joħroġ parti sostanzjali mill-ammont finali.
185 triqfi 33 lokalita` se jkunu qed isiru mill-Kunsilli Lokali nfushom. Ix-xogħlijiet se jitħallsu mill-allokazzjoni diretta li l-Kunsilli Lokali jirċievu mingħand il-Gvern. Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li din is-sena l-Gvern ħaseb li jalloka somma ta’ flus speċifika lil kull Kunsill Lokali biex tintefaq f’xogħlijiet fit-toroq. Din is-somma, li b’kollox tammonta għal 5.2 miljun u hi ekwivalenti għal 17 fil-mija tal-allokazzjoni finanzjarja diretta li rċevew il-Kunsilli Lokali fl-2010, tista’ tintuża biss għal xogħlijiet fit-toroq.
Minbarradawn iż-żewġ skemi l-Gvern identifika tliet lokalitajiet biex magħhom iħaddem proġett pilota u li permezz tiegħu isiru b’kollox 61 triq b’investiment ta’ 1.3 miljun ewro. Permezz ta’ dan il-proġett pilota, il-lokalitajiet tal-Imqabba, Ħal Kirkop u s-Swieqi se jsiru lokalitajiet b’qafas ta’ toroq mibni u lest minn kollox. It-toroq li se jsiru fis-Swieqi permezz ta’ dan il-proġett pilota jinsabu kollha fil-Madliena.
Ma’ dinl-istqarrija qed tkun pubblikata l-lista ta’ lokalitajiet li fihom se jsiru x-xogħlijiet bl-ammont ta’ toroq f’kull lokalita`.

Lokalita'

Total

Lokalita'

Total

Valletta

1

Ħal Luqa

18

Il-Birgu

3

Il-Marsa

2

L-Isla

15

Marsaskala

20

Haż Żabbar

28

L-Imġarr

9

Iż-Żejtun

12

Il-Mosta

5

Ħ'Attard

8

L-Imqabba

29

Birkirkara

8

L-Imsida

5

Birżebbuga

5

Il-Munxar

1

Ħad Dingli

5

In-Nadur

13

Il-Fgura

4

In-Naxxar

14

Il-Floriana

3

Paola

1

Il-Fontana

10

Tal-Pieta'

13

Il-Gudja

2

Il-Qrendi

7

Il-Gżira

5

San Ġiljan

15

Għajnsielem

3

San Ġwann

2

L-Għarb

4

San Lawrenz

2

Ħal Għargħur

6

San Pawl il-Baħar

57

Ħal Għaxaq

31

Santa Luċija

3

Il-Ħamrun

2

Santa Venera

10

L-Iklin

5

Is-Swieqi

24

Il-Kalkara

6

Ix-Xewkija

6

Ta' Kerċem

5

Iż-Żebbug

3

Ħal Kirkop

11

Iż-Żurrieq

4

Ħal Lija

3

It-tabella li jmiss tinkludi t-toroq lokali kollha li se jsiru, lokalita` b’lokalita`.

Lokalita'

Total

Lokalita'

Total

Valletta

1

Ħal Luqa

18

Il-Birgu

3

Il-Marsa

2

L-Isla

15

Marsaskala

20

Haż Żabbar

28

L-Imġarr

9

Iż-Żejtun

12

Il-Mosta

5

Ħ'Attard

8

L-Imqabba

29

Birkirkara

8

L-Imsida

5

Birżebbuga

5

Il-Munxar

1

Ħad Dingli

5

In-Nadur

13

Il-Fgura

4

In-Naxxar

14

Il-Floriana

3

Paola

1

Il-Fontana

10

Tal-Pieta'

13

Il-Gudja

2

Il-Qrendi

7

Il-Gżira

5

San Ġiljan

15

Għajnsielem

3

San Ġwann

2

L-Għarb

4

San Lawrenz

2

Ħal Għargħur

6

San Pawl il-Baħar

57

Ħal Għaxaq

31

Santa Luċija

3

Il-Ħamrun

2

Santa Venera

10

L-Iklin

5

Is-Swieqi

24

Il-Kalkara

6

Ix-Xewkija

6

Ta' Kerċem

5

Iż-Żebbug

3

Ħal Kirkop

11

Iż-Żurrieq

4

Ħal Lija

3


Il-lista tat-toroq residenzjali li fihom se jsir ix-xogħol tinsab fuq is-sit tad-DOI http://www.doi.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow