Left arrow Mur Lura

Imnedija l-Malta-Wipo Awards għall-Kreattivita` u Innovazzjoni

pr1433
Date Icon 04/08/2010
“Il-Kreattivita` u l-Innovazzjoniminn dejjem kienu ċentrali għall-iżvilupp kontinwu għal kull ċivilta`.  Sa mill-bidu, il-bniedem għaraf itejjeb il-qagħda tiegħu, u l-għodda l-iżjed utli f’din il-mixja kienet dejjem il-kapaċita` tiegħu li jdawwar is-sitwazzjoni f’opportunita` – il-kreattivita` u l-innovazzjoni.”  Dan qalu llum s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, Jason Azzopardi, waqt it-tnedija tal-Malta-WIPO Awards għall-Kreattivita` u l-Innovazzjoni.
Is-SegretarjuParlamentari qal li dawn l-awards qed jiġu organizzati b’kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Kummerċ f’isem il-Gvern Malti, u l-World Intellectual Property Organisation (WIPO) li hija aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti b’riżultat ta’ taħdidiet bejn iż-żewġ naħat fl-aħħar xhur.  Dawn l-awards huma maħsuba li jiċċelebraw il-kisbiet tal-imħuħ kreattivi tagħna, fil-waqt li joħolqu soċjeta` fejn il-kreattivita` u l-innovazzjoni huma inkoraġġuti f’kull livell.
Huwa qal li eluf ta’xogħlijiet kreattivi madwar id-dinja, u mhux inqas f’Malta, f’dan il-mument jinsabu fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom.  Uħud għadhom żerriegħa fil-moħħ tal-kreattiv, uħud wasslu fl-aħħar, lesti biex jagħtu l-frott.  Il-fattur komuni bejniethom kollha, huwa li dawn kollha joriġinaw mill-istess ‘post’ – il-moħħ uman.  F’Malta, li r-riżorsa ewlenija tagħna hija ir-riżorsa umana, dan il-proċess nafuh sewwa, u l-Gvern kontinwament ipoġġi dal-qasam fuq nett tal-prijoritajiet tiegħu, u jagħmel investimenti qawwija biex insaħħu u nsostnu din ir-riżorsa, permezz ta’ investimenti kontinwi fl-Edukazzjoni.
Is-SegretarjuParlamentari semma kif fid-diskors tal-Budget għal din is-sena, il-Ministru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, qal li il-Kreattivita` hija l-mutur tal-Ekonomija Globali.  Dawk il-pajjiżi l-iktar li huma kapaċi li jinkoraġġixxu t-talent kreattiv tagħhom, huma l-pajjiżi l-iktar kapaċi jsostnu żvilupp soċjali u ekonomiku.  Din hija r-raġuni għaliex il-Gvern, sena wara l-oħra, jiddeċiedi li ikompli jinċentiva u jsaħħaħ dan is-settur; rieda politika li toħroġ biċ-ċar u b’konsistenza mal-Vizjoni 2015.
Il-Gvern ħoloq u sostnadiversi miżuri u inċentivi f’dan il-qasam.  Il-Malta-WIPO Awards għall-Kreattivita u l-Innovazzjoni li ġew imnedija illum, huma biss waħda minn sensiela ta’ dawn l-inizzjattivi.  Fil-Budget ta’ din is-sena, il-Gvern ħabbar fond ta’ €100,000 bħala investiment fil-kreattivita`, u l-innovazzjoni fl-edukazzjoni, arti, teknologija u s-settur tal-manufattura.  Dan ukoll biex jingħata rikonoxximent lill-intraprendituri kreattivi żgħażagħ.
Ir-rebbieħa tal-ewwelpost ta’ kull kategorija jieħdu €10,000, midalja u ċertifikat maħruġ mill-WIPO, tat-tieni post jieħu €6,000 u t-tielet post €4,000.
Il-kategoriji tal-Awardshuma fl-oqsma tal-Arti, Xjenza, Teknoloġija u Innovazzjoni, u huma kif ġej:

1        Malta/WIPO Award għall-Kreattivita`

Individwi li taw kontribut għax-xena tal-arti, u kreattivita` f’Malta.  Litteratura, Mużika, kif ukoll Computer Programming.  Irid jingħata valur tal-potenzjal ekonomiku tax-xogħol.

2        Malta/WIPO Award għall-Innovazzjoni

Intrapriżi li jużaw sistemi ta’ Proprjeta Intelletwali għax-xogħol tagħhom fir-Riċerka u l-iżvilupp tal-prodotti tagħhom.

3        Malta/WIPO Award għall-Aqwa invenzjoni

Individwi li l-invenzjonijiet tagħhom kisbu suċċessi kbar u fit-tul.  Dawn iridu ikunu taw kontribut lid-dinja tax-Xjenza u l-iżvilupp teknoloġiku.

4        Malta/WIPO Award għall-Aqwa inventur żagħżugħ

Individwi bejn l-eta` ta’15 u 25 sena, li żviluppaw invenzjonijiet jew prodott innovattivi li jistgħu jiġi żviluppat kommerċjalment.
Ir-rebbieħa jitħabbrulejn l-aħħar ta’ Novembru 2010.

Iżjed informazzjoni fuq is-suġġett kif ukoll linji gwida, u formoli tal-applikazzjoni jinsabu fuq il-website www.ipo.gov.mt.  Jista’ jsir ukoll kuntatt telefoniku mad-Dipartiment tal-Kummerċ fuq 25690223.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow