Imnedija l-Malta-Wipo Awards għall-Kreattivita` u Innovazzjoni
| “Il-Kreattivita` u l-Innovazzjoni | minn dejjem kienu ċentrali għall-iżvilupp kontinwu għal kull ċivilta`. Sa mill-bidu, il-bniedem għaraf itejjeb il-qagħda tiegħu, u l-għodda l-iżjed utli f’din il-mixja kienet dejjem il-kapaċita` tiegħu li jdawwar is-sitwazzjoni f’opportunita` – il-kreattivita` u l-innovazzjoni.” Dan qalu llum s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, Jason Azzopardi, waqt it-tnedija tal-Malta-WIPO Awards għall-Kreattivita` u l-Innovazzjoni. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li dawn l-awards qed jiġu organizzati b’kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Kummerċ f’isem il-Gvern Malti, u l-World Intellectual Property Organisation (WIPO) li hija aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti b’riżultat ta’ taħdidiet bejn iż-żewġ naħat fl-aħħar xhur. Dawn l-awards huma maħsuba li jiċċelebraw il-kisbiet tal-imħuħ kreattivi tagħna, fil-waqt li joħolqu soċjeta` fejn il-kreattivita` u l-innovazzjoni huma inkoraġġuti f’kull livell. |
| Huwa qal li eluf ta’ | xogħlijiet kreattivi madwar id-dinja, u mhux inqas f’Malta, f’dan il-mument jinsabu fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom. Uħud għadhom żerriegħa fil-moħħ tal-kreattiv, uħud wasslu fl-aħħar, lesti biex jagħtu l-frott. Il-fattur komuni bejniethom kollha, huwa li dawn kollha joriġinaw mill-istess ‘post’ – il-moħħ uman. F’Malta, li r-riżorsa ewlenija tagħna hija ir-riżorsa umana, dan il-proċess nafuh sewwa, u l-Gvern kontinwament ipoġġi dal-qasam fuq nett tal-prijoritajiet tiegħu, u jagħmel investimenti qawwija biex insaħħu u nsostnu din ir-riżorsa, permezz ta’ investimenti kontinwi fl-Edukazzjoni. |
| Is-Segretarju | Parlamentari semma kif fid-diskors tal-Budget għal din is-sena, il-Ministru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, qal li il-Kreattivita` hija l-mutur tal-Ekonomija Globali. Dawk il-pajjiżi l-iktar li huma kapaċi li jinkoraġġixxu t-talent kreattiv tagħhom, huma l-pajjiżi l-iktar kapaċi jsostnu żvilupp soċjali u ekonomiku. Din hija r-raġuni għaliex il-Gvern, sena wara l-oħra, jiddeċiedi li ikompli jinċentiva u jsaħħaħ dan is-settur; rieda politika li toħroġ biċ-ċar u b’konsistenza mal-Vizjoni 2015. |
| Il-Gvern ħoloq u sostna | diversi miżuri u inċentivi f’dan il-qasam. Il-Malta-WIPO Awards għall-Kreattivita u l-Innovazzjoni li ġew imnedija illum, huma biss waħda minn sensiela ta’ dawn l-inizzjattivi. Fil-Budget ta’ din is-sena, il-Gvern ħabbar fond ta’ €100,000 bħala investiment fil-kreattivita`, u l-innovazzjoni fl-edukazzjoni, arti, teknologija u s-settur tal-manufattura. Dan ukoll biex jingħata rikonoxximent lill-intraprendituri kreattivi żgħażagħ. |
| Ir-rebbieħa tal-ewwel | post ta’ kull kategorija jieħdu €10,000, midalja u ċertifikat maħruġ mill-WIPO, tat-tieni post jieħu €6,000 u t-tielet post €4,000. |
| Il-kategoriji tal-Awards | huma fl-oqsma tal-Arti, Xjenza, Teknoloġija u Innovazzjoni, u huma kif ġej: |
1 Malta/WIPO Award għall-Kreattivita`
Individwi li taw kontribut għax-xena tal-arti, u kreattivita` f’Malta. Litteratura, Mużika, kif ukoll Computer Programming. Irid jingħata valur tal-potenzjal ekonomiku tax-xogħol.
2 Malta/WIPO Award għall-Innovazzjoni
Intrapriżi li jużaw sistemi ta’ Proprjeta Intelletwali għax-xogħol tagħhom fir-Riċerka u l-iżvilupp tal-prodotti tagħhom.
3 Malta/WIPO Award għall-Aqwa invenzjoni
Individwi li l-invenzjonijiet tagħhom kisbu suċċessi kbar u fit-tul. Dawn iridu ikunu taw kontribut lid-dinja tax-Xjenza u l-iżvilupp teknoloġiku.
4 Malta/WIPO Award għall-Aqwa inventur żagħżugħ
| Individwi bejn l-eta` ta’ | 15 u 25 sena, li żviluppaw invenzjonijiet jew prodott innovattivi li jistgħu jiġi żviluppat kommerċjalment. |
| Ir-rebbieħa jitħabbru | lejn l-aħħar ta’ Novembru 2010. |
Iżjed informazzjoni fuq is-suġġett kif ukoll linji gwida, u formoli tal-applikazzjoni jinsabu fuq il-website www.ipo.gov.mt. Jista’ jsir ukoll kuntatt telefoniku mad-Dipartiment tal-Kummerċ fuq 25690223.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990