‘OPERA VS POP UNDER THE STARS’ GĦAT-TIELET SENA KONSEKUTTIVA F’GĦAWDEX
pr1431
03/08/2010
| Udjenza | mdaqqsa ta’ Għawdxin flimkien ma’ Maltin, residenti barranin u turisti li bħalissa jinsabu għal btala fil-gżira tat-tliet għoljiet, ilbieraħ filgħaxija kellhom l-opportunità li jgawdu atmosfera mill-isbaħ fil-bitħa tal-Ministeru għal Għawdex fir-Rabat, fejn ittella’ l-kunċert Opera vs Pop Under the Stars. Din l-attività ġiet organizzata għat-tielet sena konsekuttiva minn The Gozo Youth Orchestra taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mro. Joseph Grechb’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. |
| Mistiedna speċjali matul din is-serata kienu | s-Sopran Pamela Agius li tgħix New York, il-bassista Għawdxi Noel Galea u t-Tenur Ludwig Galea. Barraminhekk, għall-ewwel darba din is-sena pparteċipat f’dan il-kunċert, is-Sopran Għawdxija Marisa Galea. Dawn l-erbgħa ngħaqdu mal-50 mużiċist żagħżugħ Għawdxi fi ħdan il-Gozo Youth Wind Band and Orchestra li jiffurmaw il-Gozo Youth Orchestra. |
| Fl-ewwel | parti tal-programm matul din il-lejla, il-Gozo Youth Orchestra offriet lil dawk preżenti tiżwieqa ta’ arji klassiċi minn opri ta’ Verdi, Mozart, Mascagni, Donizetti u Offenbach. It-tieni parti kienet dedikata għal mużika minn soundracks u siltiet minn musicals fosthom The Phantom of the Opera, Pirates of the Carribean, The Sound of Music u Les Miserables. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, | attendiet għal din is-serata flimkien ma’ l-Ambaxxatur Amerikan għal Malta, is-Sur Douglas W. Kmiec. Is-Sur Anton Tabone u s-Sinjura tiegħu ukoll kienu preżenti għal din l-okkażjoni. |
| L-Opera | vs Pop Under the Stars saret parti mill-kalendarju kulturali tal-gżira Għawdxija, hekk kif qed ikun hemm stennija għall-elementi mużikali u operistiċi li jiġu offruti, minn sena għall-oħra. Kien hemm kummenti favorevoli mill-udjenza, kemm fir-rigward tal-mużiċisti kif ukoll fil-mod ta’ kif ġew interpretati s-siltiet popolari u impenjattivi li ġew magħżula għall-edizzjoni ta’ din is-sena. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990