Left arrow Go Back

‘OPERA VS POP UNDER THE STARS’ GĦAT-TIELET SENA KONSEKUTTIVA F’GĦAWDEX

pr1431
Date Icon 03/08/2010
Udjenzamdaqqsa ta’ Għawdxin flimkien ma’ Maltin, residenti barranin u turisti li bħalissa jinsabu għal btala fil-gżira tat-tliet għoljiet, ilbieraħ filgħaxija kellhom l-opportunità li jgawdu atmosfera mill-isbaħ fil-bitħa tal-Ministeru għal Għawdex fir-Rabat, fejn ittella’ l-kunċert Opera vs Pop Under the Stars. Din l-attività ġiet organizzata għat-tielet sena konsekuttiva minn The Gozo Youth Orchestra taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mro. Joseph Grechb’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Mistiedna speċjali matul din is-serata kienus-Sopran Pamela Agius li tgħix New York, il-bassista Għawdxi Noel Galea u t-Tenur Ludwig Galea. Barraminhekk, għall-ewwel darba din is-sena pparteċipat f’dan il-kunċert, is-Sopran Għawdxija Marisa Galea. Dawn l-erbgħa ngħaqdu mal-50 mużiċist żagħżugħ Għawdxi fi ħdan il-Gozo Youth Wind Band and Orchestra li jiffurmaw il-Gozo Youth Orchestra.

Fl-ewwelparti tal-programm matul din il-lejla, il-Gozo Youth Orchestra offriet lil dawk preżenti tiżwieqa ta’ arji klassiċi minn opri ta’ Verdi, Mozart, Mascagni, Donizetti u Offenbach. It-tieni parti kienet dedikata għal mużika minn soundracks u siltiet minn musicals fosthom The Phantom of the Opera, Pirates of the Carribean, The Sound of Music u Les Miserables.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono,attendiet għal din is-serata flimkien ma’ l-Ambaxxatur Amerikan għal Malta, is-Sur Douglas W. Kmiec. Is-Sur Anton Tabone u s-Sinjura tiegħu ukoll kienu preżenti għal din l-okkażjoni.
L-Operavs Pop Under the Stars saret parti mill-kalendarju kulturali tal-gżira Għawdxija, hekk kif qed ikun hemm stennija għall-elementi mużikali u operistiċi li jiġu offruti, minn sena għall-oħra. Kien hemm kummenti favorevoli mill-udjenza, kemm fir-rigward tal-mużiċisti kif ukoll fil-mod ta’ kif ġew interpretati s-siltiet popolari u impenjattivi li ġew magħżula għall-edizzjoni ta’ din is-sena.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow