Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru għal Għawdex jikkoordina ħidma biex tissewwa ħsara aċċidentali fil-mains tad-drenaġġ fit-Triq tax-Xlendi

pr1430
Date Icon 03/08/2010
Tardit-Tnejn filgħaxija ġiet koordinata ħidma mill-Ministeru għal Għawdex sabiex tissewwa ħsara aċċidentali li saret fil-mains tad-drenaġġ fit-triq tax-Xlendi. Din il-ħsara ġiet kaġunata waqt li kien għaddej ix-xogħol marbut mal-proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ din it-triq, li ser ikun ko-finanzjat minn fondi Ewropej. Il-proġett jinkludi l-bini ta’ kanali għall-ilma tax-xita li ta’ kull sena jinżel fi kwantitajiet konsiderevoli minħabba x-xaqliba wieqfa bejn il-Fontana u l-bajja tax-Xlendi.
Waqt likien qed isir xogħol ta’ tħaffir, intlaqat aċċidentalment ir-rising main tad-drenaġġ. B’konsegwenza ta’ dan ġiet interrotta s-sistema li permezz tagħha d-drenaġġ mix-Xlendi jiġi dirett lejn l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f’Ras il-Ħobż.
Immedjatament ġew imsejħa numru ta’ uffiċjali likkordinaw ħidma bejn diversi entitajiet fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp tal-Ministeru għal Għawdex flimkien ma’ entitajiet oħra fosthom id-Dipartiment tas-Sanita, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma, l-Enemalta, u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex. Filwaqt li beda xogħol biex tiġi rranġata l-ħsara fir-rising main, beda xogħol ta’ tindif u diżinfettar matul it-triq fejn laħaq xtered id-drenaġġ.
Ingħatatattenzjoni biex kemm jista’ jkun jiġi evitat li l-ilma jibqa’ nieżel fil-baħar ħalli ma ssirx ħsara lill-bajja pittoreska li f’dan iż-żmien hija popolari għall-għawn kemm man-nies lokali kif ukoll mal-barranin.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debonokienet ukoll preżenti għal xi ħin waqt il-ħidma li damet għaddejja sa tard bil-lejl. Hija esprimiet l-apprezzament għal mod ta’ kif ġiet koordinata l-ħidma biex kemm jista’ jkun, tonqos il-ħsara u jiġi evitat inkonvenjent bla bżonn għar-residenti u l-istabilimenti turistiċi tal-lokal.
Danl-aċċident wera kif ir-riżorsi tal-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-preżenza ta’ esperti u ħaddiema minn entitajiet oħra huma f’pożizzjoni li jilqgħu għal inċidenti simili meta jkun meħtieġ. Dan huwa ta’ vantaġġ għall-Għawdxin iżda jagħti wkoll valur miżjud f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà għal dawk li jagħzlu lil gżira ta’ Għawdex għal btajjel tagħhom.
Qedisiru testijiet meħtieġa biex jiġi assigurat li l-ilma tal-bajja huwa nieqes minn sinjali ta’ kontaminazzjoni. Minħabba li dawn it-testijiet jenħtieġu numru minimu ta’ sigħat biex jagħtu r-riżultati tagħhom, qed jiġi rakkomandat li ma jsirx għawm fin-naħa ta’ ġewwa tal-bajja matul il-jum tat-Tlieta sakemm jinħareġ avviż ieħor.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow