MINN MICRO-ENTERPRISE GĦAL KUMPANIJA LI TĦADDEM 23 RUĦ – STORJA TA’ SUĊĊESS B’FONDI EWROPEJ
pr1429
03/08/2010
| Il-kumpanija | Untangled Media hi waħda minn mijiet ta’ kumpaniji li ħatfu l-opportunitajiet u użaw il-fondi Ewropej b’suċċess biex kibru, impjegaw aktar ħaddiema u issa qed jimirħu wkoll ’il bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin. |
| Untangled Media, li | topera fil-qasam tal-web mastering u web development bdiet sentejn ilu bi tmien impjegati. Fix-xhur li għaddew ibbenefikat minn €100,000 mill-fondi ERDF grazzi għall-iskema Small Start-up Grant Scheme li hu parti mill-programm 20 million for Industry imħaddem mill-Malta Enterprise. Grazzi għal dawn il-fondi żiedet l-impjegati għal 23 u minn micro-enterprise kibret u qed tagħmel suċċess. |
| Id-dettalji | tas-suċċess tal-kumpanija ngħataw waqt żjara li s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji żgħar u Artijiet Jason Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Djalogu Pubbliku Chris Said għamlu fil-kumpanija li tinsab Ta’ Xbiex. |
| Jason Azzopardi qal | li Untangled Media hija waħda fost bosta kumpaniji ta’ daqsijiet differenti li fl-aħħar xhur ikkwalifikaw u qed jibbenefikaw mill-fond ERDF, liema fond huwa iddiżinjat biex jgħin l-intraprendituri żgħar u medji tagħna jkabbru l-operat tagħhom permezz ta’ investiment u proġetti ġodda. Permezz ta’ dawn il-fondi, din il-kumpanija ser tkabbar l-operat tagħha u tħares lejn is-swieq Ewropej u dawk tal-Afrika ta’ Fuq. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Azzopardi saħaq li is-settur intraprenditorjali ta’ pajjiżna huwa mogħni bi kreattivita’ u enerġija li sservi ta’ mutur importanti għall-ekonomija tagħna. Flimkien ma’ investiment kostanti, dan jirriżulta fi tkabbir u suċċess għas-settur SME ta’ pajjiżna. |
| Jason Azzopardi | għamel riferenza għall-ewwel laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv tal-Intrapriża li mexxa l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech il-ġimgħa li għaddiet. Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Azzopardi għamel preżentazzjoni fuq l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, liema Att ser iwassal għal legiżlazzjoni aħjar għan-negozji żgħar u medji f’pajjżina. Fost l-oħrajn, dan l-Att ser ikun qed jipprovdi għall-introduzzjoni ta’ SME test, li trid tgħaddi minnu kull liġi ġdida li jkollha impatt fuq l-SMEs, biex jiġi żgurat li ma jkollhiex impatt negattiv fuq l-intrapriżi speċjalment żgħar. |
| Din il-liġi ser | tipprovdi ukoll għal perjodu ta’ xaharejn (stand-still), bejn il-pubblikazzjoni ta’ kull liġi ġdida li teffetwa l-SMEs u l-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll il-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ guidelines user friendly tal-liġi li teffetwa l-SMEs, biex jispejagaw x’inhu mistenni mill-operaturi. |
| Is-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Konsultazzjoni Pubblika Chris Said qal li n-negozji żgħar u medji qed jirnexxilhom jaħtfu l-opportunitajiet li qed toffrilhom l-Unjoni Ewropea. Fis-sentejn li għaddew f’Malta u f’Għawdex 396 SME kisbu bejniethom madwar 25 miljun ewro permezz tal-inizjattiva 20 million for industry imħaddma mill-Malta Enterprise. Din l-iskema tinvolvi fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea. |
| L-aktar skema | popolari hi dik dwar l-Enerġija li minnha bbenefikaw 149 SME u li bejniethom ħadu disa’ miljun ewro. 80 SME ħadu ħames miljun ewro bejniethom mill-iskema dwar il-kompetittivita’ internazzjonali; 61 SME ħadu 2.5 miljun ewro bejniethom fl-iskema tal-E-Business; filwaqt li 53 SME ħadu erba’ miljun ewro bejniethom mill-iskema dwar l-Innovazzjoni. |
| Chris Said qal li dan | kollu juri kif l-SMEs qed jagħrfu l-importanza li jakkwistaw fondi Ewropej għax permezz tagħhom ikunu jistgħu jwettqu proġetti li kieku mhux neċessarjament jagħmlu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990