Left arrow Mur Lura

Boroż ta’ Studju “Xerred il-Malti”

pr1427
Date Icon 03/08/2010
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja,għadu kif nieda skema oħra ta’ Boroż ta’ Studju, - Xerred il-Malti - immirati lejn Maltin li jgħixu barra l-pajjiż li jixtiequ jagħmlu kors fl-Universita’ ta’ Malta li jwassal għal Degree ta’ B. Educ (Hons) bi speċjaliżazzjoni fil-lingwa Maltija.
Dinl-iskema qed iġġib fis-seħħ wegħda li l-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja għamlet waqt il-Konvenzjoni tal-Maltin ta’ Barra li saret f’Malta aktar kmieni din is-sena.
L-iskemata’ Boroż ta’ Studju “Xerred il-Malti” hi maħsuba biex persuni ta’ nazzjonalita’ Maltija jew ta’ dixxendenza Maltija tat-tieni jew tielet ġenerazzjoni, li ma jgħixux f’Malta u li jixtiequ jkattru l-għarfien u jxerrdu t-tagħlim tal-Malti fost l-emigranti, jkollhom l-opportunita’ li jitgħallmu l-pedagoġija tal-ilsien u l-kultura Maltija.
Din l-iskema se toffri ħames boroż ta’ studju lilpersuni li ma jgħixux f’Malta u li huma interessati biex wara taħriġ qasir imma intensiv fil-lingwa u l-letteratura Maltija, jissieħbu fil-kors tal-B.Educ. (Hons.) offrut mill-Universita’ ta’ Malta. Din l-iskema hi ffinanzjata kollha kemm hi mill-Gvern ta’ Malta.
Regolamenti u formoli tal-applikazzjonijiet ta’ dinl-iskema ntbagħtu lill-Federazzjoni tal-Maltin ta’ Barra, li issa għandha lil Prof. Maurice Cauchi bħala President tagħha, biex jitqassmu fost il-komunitajiet Maltin li hemm f’diversi pajjiżi mferrxa mad-dinja kollha.

Dawn ir-regolamenti jidhru wkoll fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, www.education.gov.mt

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, bħalissa qed jaħdem fuq proposti oħra li l-Ministeru għamel waqt l-istess Konvenzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow