ID-DEVOLUZZJONI TTEJJEB IL-KWALITA’ TAL-ĦAJJA FIĊ-ĊENTRI TAGĦNA
pr1426
02/08/2010
| “Il-Politika ta’ | Devoluzzjoni li jħaddan il-Gvern tirriżulta f’investiment dirett fiċ-ċentri residenzjali tal-lokalitajiet tagħna. Permezz tal-politika ta’ devoluzzjoni, inkunu qed insaħħu l-fibbra soċjali ta’ pajjiżna, filwaqt li nagħtu vot ta’ fiduċja fl-operat tal-Kunsilli Lokali, NGOs u entitajiet volontarji tagħna.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, L-Onor. Jason Azzopardi llum waqt ċerimonja ta’ iffirmar ta’ ftehim għal devoluzzjoni ta’ art ġewwa Triq Patri Anastasju Cuschieri qrib il-pjazza tal-Iklin, lill-Kunsill Lokali tal-lokalita’. Huwa kien milqugħ mis-Sindku tal-lokalita’ Anthony Dalli. |
| Jason Azzopardi qal li | din tal-lum hija devoluzzjoni oħra, parti mir-rekord ta’ devoluzzjonijiet li wettaq il-Gvern din is-sena. Din is-sena sa’ Lulju saru diġa 24 devoluzzjoni lill-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex. Dan huwa d-doppju tal-ammont li saru fit-12-il xahar tal-2009. |
| Is-Segretarju | Parlamentari saħaq li n-numru ta’ devoluzzjonijiet jibgħat messaġġ tar-rieda politika tal-Gvern li jsostni l-operat tal-Kunsilli madwar Malta u Għawdex. Kull żvilupp ta’ art biex jinbnew faċilitajiet u servizzi ġodda, kull upgrade ta’ faċilitajiet eżistenti biex ir-residenti tal-lokal jinqdew aħjar, kull proġett ta’ restawr ta’ bini storiku, isiru konferma tal-entużjażmu u l-kreattivita fit-tmexxija tal-Kunsilli Lokali. |
| Jason Azzopardi qal li | din l-enerġija rridu nibqgħu ninkoraġġuha. Jeħtieġ li iżjed Kunsilli Lokali jieħdu l-eżempju u jwettqu proġetti nnovattivi li jkomplu jtejbu il-kwalita’ tal-ħajja fiċ-ċentri tagħna. |
| Permezz tal-iffirmar | tad-devoluzzjoni tal-lum, id-Dipartiment tal-Artijiet għadda lill-Kunsill Lokali tal-Iklin art ta’ daqs ta’ 343 metru kwadru fi Triq Patri Anastasju Cuschieri qrib il-Knisja Parrokkjali, biex tiġi żviluppata f’ufficċji għall-Kunsill Lokali b’servizzi ġodda li jaqdu lir-residenti aħjar. Dawn l-uffiċcji ser jinkludi, Klinika tal-Gvern, Ċentru b’computers u servizz tal-internet, sala tal-konferenzi u librerija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990