Left arrow Go Back

ID-DEVOLUZZJONI  TTEJJEB IL-KWALITA’ TAL-ĦAJJA FIĊ-ĊENTRI TAGĦNA

pr1426
Date Icon 02/08/2010
“Il-Politika ta’Devoluzzjoni li jħaddan il-Gvern tirriżulta f’investiment dirett fiċ-ċentri residenzjali tal-lokalitajiet tagħna.  Permezz tal-politika ta’ devoluzzjoni, inkunu qed insaħħu l-fibbra soċjali ta’ pajjiżna, filwaqt li nagħtu vot ta’ fiduċja fl-operat tal-Kunsilli Lokali, NGOs u entitajiet volontarji tagħna.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, L-Onor. Jason Azzopardi llum waqt  ċerimonja ta’ iffirmar ta’ ftehim għal devoluzzjoni ta’ art ġewwa Triq Patri Anastasju Cuschieri qrib il-pjazza tal-Iklin, lill-Kunsill Lokali tal-lokalita’.  Huwa kien milqugħ mis-Sindku tal-lokalita’ Anthony Dalli.
Jason Azzopardi qal lidin tal-lum hija devoluzzjoni oħra, parti mir-rekord ta’ devoluzzjonijiet li wettaq il-Gvern din is-sena. Din is-sena sa’ Lulju saru diġa 24 devoluzzjoni lill-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex.  Dan huwa d-doppju tal-ammont li saru fit-12-il xahar tal-2009.
Is-SegretarjuParlamentari saħaq li n-numru ta’ devoluzzjonijiet jibgħat messaġġ tar-rieda politika tal-Gvern li jsostni l-operat tal-Kunsilli madwar Malta u Għawdex.  Kull żvilupp ta’ art biex jinbnew faċilitajiet u servizzi ġodda, kull upgrade ta’ faċilitajiet eżistenti biex ir-residenti tal-lokal jinqdew aħjar, kull proġett ta’ restawr ta’ bini storiku, isiru konferma tal-entużjażmu u l-kreattivita fit-tmexxija tal-Kunsilli Lokali.
Jason Azzopardi qal lidin l-enerġija rridu nibqgħu ninkoraġġuha.  Jeħtieġ li iżjed Kunsilli Lokali jieħdu l-eżempju u jwettqu proġetti nnovattivi li jkomplu jtejbu il-kwalita’ tal-ħajja fiċ-ċentri tagħna.
Permezz  tal-iffirmartad-devoluzzjoni tal-lum, id-Dipartiment tal-Artijiet għadda lill-Kunsill Lokali tal-Iklin art ta’ daqs ta’ 343 metru kwadru fi Triq Patri Anastasju Cuschieri qrib il-Knisja Parrokkjali, biex tiġi żviluppata f’ufficċji għall-Kunsill Lokali b’servizzi ġodda li jaqdu lir-residenti aħjar.  Dawn l-uffiċcji ser jinkludi, Klinika tal-Gvern, Ċentru b’computers u servizz tal-internet, sala tal-konferenzi u librerija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow