Left arrow Mur Lura

L-ETC  ISSIB  IMPJIEG  GĦAL 800 RUĦ PERMEZZ TA’ FONDI EWROPEJ

pr1425
Date Icon 02/08/2010
Fix-xhur li għaddew il-Korporazzjoni għax-Xogħol ut-Taħriġ (ETC) sabet impjieg lil 800 ruħ permezz tal-Employment Aid Programme li qed ikun finanzjat permezz ta’ fondi Ewropej mill-Fond Soċjali Ewropew. Dan ifisser li l-ETC diġa qabżet nofs il-mira tagħha li permezz ta’dan il-programm tgħin 1,530 ruħ biex isibu impjieg.
L-Employment AidProgramme għandu l-għan li jgħin persuni qiegħda jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol. Minn din l-iskema gawdew ukoll mijiet ta’ kumpaniji li żiedu r-riżorsi umani impjegati magħhom u ta’ dan ser jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja li tmur biex iħallsu parti mis-salarji u nofs il- bolla tal-employer tal-istess impjegati. Minn total ta’ 8.2 miljun ewro, sa issa diġa kienu allokati tliet miljun ewro.
Dawn il-flus jintużawbiex jitħallsu nofs is-salarji u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali sħaħ tal-impjegati li jkunu ġew impjegati permezz ta’ din l-iskema. Fi kliem ieħor bl-EAP jgawdu l-persuni qiegħda għax isibu impjieg fiss, filwaqt li l-kumpaniji jgawdu għax iżidu l-ħaddiema u ta’ dan jingħataw parti sostanzjali mill-ispiża li jkunu daħlu għaliha talli jkunu għamlu dan. L-iskema toffri vantaġġi akbar lil kumpaniji Għawdxin li jimpjegaw persuni qiegħda kif ukoll lil dawk il-kumpaniji li jimpjegaw persuni b’diżabilita’.
Id-dettalji ngħataw waqtżjara li s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, l-Onor. Chris Said u l-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, x-Xogħol u l-Familja Stephen Spiteri, għamlu fil-kumpanija ta’ Nexia BT.  Huma kienu akkumpanjati mill-Kap Eżekuttiv tal-ETC Claudio Farrugia u mis-Senior Manager Employment Services Raphael Farrugia.
Nexia BT hi waħda minnmijiet ta’ kumpaniji li fix-xhur li għaddew gawdew mill-EAP tal-ETC. Din il-kumpanija toffri servizzi ta’ auditing, konsulenza u back-office. Nexia BT twaqqfet 17-il sena ilu f’Marsaskala, illum tinsab fis-Swatar minn fejn tħaddem ‘il fuq minn 30 ruħ u ħames dipartimenti differenti. Il-kumpanija kibret b’mod gradwali u biż-żmien kisbet rikonoxximent internazzjonali tant li tifforma parti mill-qafas internazzjonali ta’ Nexia.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said faħħar l-inizjattiva tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ li qed tuża bl-aħjar mod il-fondi Ewropej b’mod partikolari tal-Fond Soċjali Ewropew. Permezz ta’ dawn il-fondi l-ETC fasslet numru ta’ programmi ta’ għajnuna maħsuba biex aktar persuni jingħataw taħriġ u jiksbu ħiliet ġodda kif ukoll biex tgħinhom direttament sabiex isibu impjieg.
Fil-fatt l-EAP hu bisswieħed minn diversi programmi u skemi tal-ETC li għandhom l-għan li jgħinu persuni ta’ kategoriji differenti jsibu impjieg billi jew jingħataw taħriġ jew billi jinċentivaw lil min iħaddem.
Skemi oħra jinkludu l-Work Trial Scheme,  l-Community Work Scheme, l-ESF Employability Programme, u l-Youth Employment Programme.

Work Trial Schemehija skema imħabbra fil- budget ta’ din is- sena bl-ETC qed tagħti esperjenza ta’ xogħol lil dawk li jkunu bla xogħol u jaqgħu fil- kriterju tal- iskema. Min iħaddem ma jħallas xejn u l-ħlas isir dirett mill-ETC lill-parteċipant. Min qed ifittex ix- xogħol jagħmel 20 siegħa fil-ġimgħa għal massimu ta’ 12–il ġimgha u l-parteċipant jitħallas 50 fil-mija tal-paga minima nazzjonali.
Il-Community WorkScheme, hi ndirizzata għal persuni li ilhom jirreġistraw mill-anqas ħames snin u l-parteċipanti huma obbligati li jaħdmu fil-komunita’ għal 30 siegħa fil-ġimgħa. Għal dan ix-xogħol huma jieħdu ħlas addizzjonali fuq il-benefiċċju tal-qgħad sa massimu ta’  75 fil-mija tal-paga minima nazzjonali. Bħalissa hemm 150 partecipant u fil-ġimgħat li ġejjin se jidħul 26 ruħ oħra.

Permezz tal-ESFEmployability Programme, li tnieda f’Mejju tal-2009, l-ETC qed tagħti korsijiet ta’ taħriġ b’xejn lil min qed ifittex xogħol jew lil min irid ibiddel l-impjieg. Matul l-l-2009, 6,745 ruħ ingħataw taħriġ permezz ta’ dan il- programm.
Il-Youth EmploymentProgramme (YEP), li tnieda fl-2010, hu mifrux fuq sentejn. Dan hu maħsub biex jilħaq liż-żgħażagħ vulnerabbli għax ma temmewx l-edukazzjoni sekondarja u m’għandhomx xogħol. L-għan ewlieni tal-YEP hu li jgħin lil dawn iż-żgħażagħ jakkwistaw il-ħiliet neċessarji u jkunu kapaċi jsibu xogħol. Fil-jiem li ġejjin se jiġu organizzati numru ta’ attivitajiet fosthom Youth Days sabiex dawn iż-żgħażagħ jintlaħqu wkoll.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow