AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skond l-Att dwar is-Sigurta’ fl-Ikel u r-Regolament Ewropew 178 ta’ l-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jixtieq jinforma lill-pubbliku, li bħala prekawzjoni, li wara nformazzjoni li rċieva mir-Rapid Alert System for Food and Feed, il-prodott bid-dettalji hawn taħt imsemmija m’għandux jiġi kkonsumat minħabba l-presenza ta’ sulfit (E222) li hija sustanza li tista’ tikkawża allerġija u li mhijiex iddikjarata fuq it-tikketta.
Isem | Ice Lollies Orange |
Ditta | Sun Lolly |
Piż | 10 Ice Lollies x 65 g il-waħda |
Data ta’ Durabilita’ Minima | 30-05-2012 kif ukoll dati bejn 18.04.2012 sa 14.07.2012 |
Tip ta’ Kontejner | Kaxxa tal-kartun ikkulurita |
Oriġini | Denmark |

Għall-aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sat- 2:30 ta’ wara nofs inhar.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990