Left arrow Mur Lura

Kwart ta’ miljun ewro f’għajnuna lill-Kunsilli Lokali biex jorganizzaw attivitajiet lokali

pr1423
Date Icon 02/08/2010
Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Gvern nieda skemata’ għajnuna finanzjarja biex jgħin lill-Kunsilli Lokali jieħdu inizjattivi u jorganizzaw attivitajiet li jippromwovu l-identità u l-wirt storiku u kulturali tal-komunitajiet rispettivi. L-Iskema Inizjattivi u Attivitajiet għall-Kunsilli Lokali 2011, tinvolvi kwart ta’ miljun ewro u qed tkun amministrata bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijietindirizzata mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said u mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, Ambjent u Kultura Mario de Marco. Fis-sentejn li għaddew l-iskema kienet suċċess hekk kif numru ta’ Kunsilli Lokali kienu megħjuna jorganizzaw attivitajiet fix-xhur tax-xitwa u permezz tagħhom irnexxielhom jattiraw numru kbir ta’ viżitaturi kemm Maltin, kif ukoll turisti lejn il-lokalitajiet tagħhom.
L-iskemahi propju maħsuba biex tilħaq l-għanijiet imfassla mill-Politika tal-Gvern Lokali u mill-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu. Fost l-oħrajn dawn l-attivitajiet għandhom jgħinu jsaħħu l-prodott turistiku li joffru l-gżejjer Maltin, jattiraw turisti lejn lokalitajiet li normalment ma jattirawx wisq turisti lejhom, u jestendu l-attivitajiet għax-xhur kollha tas-sena b’mod partikolari fix-xhur tax-xitwa.
Sabiexattivita’ tkun eliġibbli biex tirċievi l-għajnuna tal-Gvern taħt l-iskema l-ġdida, din trid tiġi organizzata bejn Diċembru 2010 u nofs Ġunju 2011 jew inkella bejn nofs Settembru 2011 u tmiem Diċembru 2011.
Is-Segretarju Parlamentari responsabblimill-Kunsilli Lokali Chris Said, qal li din is-sena se ssir enfasi fuq attivitajiet u inizjattivi li jkunu verament ta’ kwalità. Fis-sentejn li għaddew il-Gvern ta għajnuna biex kienu organizzati 81 attività lokali u l-iskema tant kienet popolari li fit-tieni sena l-ammont ta’ attivitajiet megħjuna rduppjaw. Issa l-Gvern se jaħdem biex jgħin dawk l-attivitajiet li stabbilew ruħhom bħala attivitajiet ta’ kwalità fil-kalendarju annwali. L-iskema se tgħin ukoll Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi li jridu jorganizzaw attivitajiet ġodda u li jkunu innovattivi.
ChrisSaid faħħar l-inizjattivi tal-Kunsilli Lokali u qal li dawn qed jaħdmu dejjem aktar mill-qrib mal-għaqdiet u s-soċjetajiet tal-lokalitajiet rispettivi sabiex jilħqu livelli dejjem għolja. Permezz ta’ din il-koperazzjoni r-residenti qed iħossuhom dejjem aktar parteċipi f’dak li jorganizza l-Kunsill Lokali u huma wkoll qed jifhmu l-importanza tal-ħarsien tal-identità u tal-wirt storiku u kulturali ta’ kull lokalità. Chris Said qal li dawn l-attivitajiet qed irawmu sens ċiviku qawwi u qed jitfgħu dawl fuq il-karatteristiċi partikolari tal-lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex.
Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent ul-Kultura Mario de Marco qal li l-iskop tal-Gvern hu li nressqu iktar lit-turisti lejn il-bliet u l-irħula tagħna fejn hemm il-benniena tal-kultura, tradizzjonijiet, folklor u xogħlijiet tal-arti u fejn inbniet l-istorja ta’ pajjiżna.
“F’dawnl-aħħar snin ġew organizzati numru kbir ta’ attivitajiet mill-Kunsilli Lokali bħall-Birgufest; Żejt iż-Żejtun; Casal Fornaro f’Ħal Qormi; MilitaryMtarfa; Mdina Pageantry and Flower Festival; Luqa at War; Spring Rikotta f’Ħal Kirkop u oħrajn li kienu suċċess kbir u ta’ attrazzjoni sew għall-Maltin kif ukoll għat-turisti. Matul din is-sena bbenefikaw mill-iSkema Finanzjament għall-Attavitajit Kulturali 48 Kunsill Lokali li organizzaw 57 attività,” tenna Mario de Marco  li awgura li dawn l-attivitajiet jnaqqsu l-istaġjonalità, jiddiversifikaw il-prodott li noffru u jipprovdu distribuzzjoni aħjar tad-dħul mit-turiżmu fil-lokalitajiet.
Il-Kunsilli Lokali li jridu jorganizzaw attivitajietu jirċievu għajnuna permezz ta’ din l-iskema għandhom ċans biex japplikaw sal-Ġimgħa 17 ta’ Settembru 2010.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow