Kwart ta’ miljun ewro f’għajnuna lill-Kunsilli Lokali biex jorganizzaw attivitajiet lokali
pr1423
02/08/2010
| Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Gvern nieda skema | ta’ għajnuna finanzjarja biex jgħin lill-Kunsilli Lokali jieħdu inizjattivi u jorganizzaw attivitajiet li jippromwovu l-identità u l-wirt storiku u kulturali tal-komunitajiet rispettivi. L-Iskema Inizjattivi u Attivitajiet għall-Kunsilli Lokali 2011, tinvolvi kwart ta’ miljun ewro u qed tkun amministrata bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. |
| Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet | indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said u mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, Ambjent u Kultura Mario de Marco. Fis-sentejn li għaddew l-iskema kienet suċċess hekk kif numru ta’ Kunsilli Lokali kienu megħjuna jorganizzaw attivitajiet fix-xhur tax-xitwa u permezz tagħhom irnexxielhom jattiraw numru kbir ta’ viżitaturi kemm Maltin, kif ukoll turisti lejn il-lokalitajiet tagħhom. |
| L-iskema | hi propju maħsuba biex tilħaq l-għanijiet imfassla mill-Politika tal-Gvern Lokali u mill-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu. Fost l-oħrajn dawn l-attivitajiet għandhom jgħinu jsaħħu l-prodott turistiku li joffru l-gżejjer Maltin, jattiraw turisti lejn lokalitajiet li normalment ma jattirawx wisq turisti lejhom, u jestendu l-attivitajiet għax-xhur kollha tas-sena b’mod partikolari fix-xhur tax-xitwa. |
| Sabiex | attivita’ tkun eliġibbli biex tirċievi l-għajnuna tal-Gvern taħt l-iskema l-ġdida, din trid tiġi organizzata bejn Diċembru 2010 u nofs Ġunju 2011 jew inkella bejn nofs Settembru 2011 u tmiem Diċembru 2011. |
| Is-Segretarju Parlamentari responsabbli | mill-Kunsilli Lokali Chris Said, qal li din is-sena se ssir enfasi fuq attivitajiet u inizjattivi li jkunu verament ta’ kwalità. Fis-sentejn li għaddew il-Gvern ta għajnuna biex kienu organizzati 81 attività lokali u l-iskema tant kienet popolari li fit-tieni sena l-ammont ta’ attivitajiet megħjuna rduppjaw. Issa l-Gvern se jaħdem biex jgħin dawk l-attivitajiet li stabbilew ruħhom bħala attivitajiet ta’ kwalità fil-kalendarju annwali. L-iskema se tgħin ukoll Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi li jridu jorganizzaw attivitajiet ġodda u li jkunu innovattivi. |
| Chris | Said faħħar l-inizjattivi tal-Kunsilli Lokali u qal li dawn qed jaħdmu dejjem aktar mill-qrib mal-għaqdiet u s-soċjetajiet tal-lokalitajiet rispettivi sabiex jilħqu livelli dejjem għolja. Permezz ta’ din il-koperazzjoni r-residenti qed iħossuhom dejjem aktar parteċipi f’dak li jorganizza l-Kunsill Lokali u huma wkoll qed jifhmu l-importanza tal-ħarsien tal-identità u tal-wirt storiku u kulturali ta’ kull lokalità. Chris Said qal li dawn l-attivitajiet qed irawmu sens ċiviku qawwi u qed jitfgħu dawl fuq il-karatteristiċi partikolari tal-lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex. |
| Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u | l-Kultura Mario de Marco qal li l-iskop tal-Gvern hu li nressqu iktar lit-turisti lejn il-bliet u l-irħula tagħna fejn hemm il-benniena tal-kultura, tradizzjonijiet, folklor u xogħlijiet tal-arti u fejn inbniet l-istorja ta’ pajjiżna. |
| “F’dawn | l-aħħar snin ġew organizzati numru kbir ta’ attivitajiet mill-Kunsilli Lokali bħall-Birgufest; Żejt iż-Żejtun; Casal Fornaro f’Ħal Qormi; MilitaryMtarfa; Mdina Pageantry and Flower Festival; Luqa at War; Spring Rikotta f’Ħal Kirkop u oħrajn li kienu suċċess kbir u ta’ attrazzjoni sew għall-Maltin kif ukoll għat-turisti. Matul din is-sena bbenefikaw mill-iSkema Finanzjament għall-Attavitajit Kulturali 48 Kunsill Lokali li organizzaw 57 attività,” tenna Mario de Marco li awgura li dawn l-attivitajiet jnaqqsu l-istaġjonalità, jiddiversifikaw il-prodott li noffru u jipprovdu distribuzzjoni aħjar tad-dħul mit-turiżmu fil-lokalitajiet. |
| Il-Kunsilli Lokali li jridu jorganizzaw attivitajiet | u jirċievu għajnuna permezz ta’ din l-iskema għandhom ċans biex japplikaw sal-Ġimgħa 17 ta’ Settembru 2010. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990