Ħidma b’konnessjoni mal-Ġlieda Kontra d-Droga
| Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jinnota | b’sodisfazzjon il-ħidma li qegħda ssir inkonnessjoni mal-ġlieda kontra d-droga. Tul din is-sena, bħas-snin ta’ qabel, ġew reġistrati numru sew ta’ każijiet fejn il-forza ta’ l-ordni nterċettat, qabdet u ressqet quddiem il-Qrati numru ta’ persuni nvoluti fil-pusses u traffikar tad-droga. L-istatistika turi li tul dawn l-aħħar sentejn u nofs ġew kkonfiskati mal-40 kilogramma ta’ kokaina, 21 kilogramma ta’ eroina, aktar minn 500 kilogramma ta’ cannabis f’forom differenti u mal-53,000 pillola ecstasy. |
| L-ammont | totali ta’ droga li nqabdu sena b’sena kienu kif gej: |
2008
Amphetamine | 0.5grs |
Cannabis grass | 16.1grs |
Cannabis Plant | 11 |
Cannabis resin | 23Kg419.31grs |
Kokaina | 21Kg143.37grs |
Ecstacy | 13,677 tablets |
Eroina | 8Kg426.6grs |
Khat | 20Kg |
L.S.D | 5 Micro-dots |
Methadone | 230ml |
Tryptizol | 3 tablets |
Valium | 2 tablets |
2009
Amphetamine | 0.5grs |
Cannabis grass | 16.1grs |
Cannabis Plant | 11 |
Cannabis resin | 23Kg419.31grs |
Kokaina | 21Kg143.37grs |
Ecstacy | 13,677 tablets |
Eroina | 8Kg426.6grs |
Khat | 20Kg |
L.S.D | 5 Micro-dots |
Methadone | 230ml |
Tryptizol | 3 tablets |
Valium | 2 tablets |
2010 – sal-aħħar ta’ Ġunju
Amphetamine | 0.5grs |
Cannabis grass | 16.1grs |
Cannabis Plant | 11 |
Cannabis resin | 23Kg419.31grs |
Kokaina | 21Kg143.37grs |
Ecstacy | 13,677 tablets |
Eroina | 8Kg426.6grs |
Khat | 20Kg |
L.S.D | 5 Micro-dots |
Methadone | 230ml |
Tryptizol | 3 tablets |
Valium | 2 tablets |
| Dawn | il-każijiet, flimkien ma’ diversi oħra, ssarrfu fi kwantità kbira ta’ proċeduri kriminali. Dan huwa evidenti mill-fatt li tul il-perijodu li l-llum Imħallef Lawrence Quintano ppresjeda l-Qorti li tiddeċiedi kawzi tad-droga kien hemm 3658 (2003 – 2010) kawżi sommarji ġodda preżentati u li minnhom ġew deċiżi 2895. Dan apparti mill-kawżi l-oħra marbuta mad-droga li jinsabu pendenti quddiem Maġistrati oħra. |
| Filwaqt | li din il-ħidma pożittiva għandha tiġi reġistrata, din turi l-ewwel li l-ġlieda kontra d-droga ma waqfitx imma għadha għaddejja b’mod sostnut u dirett, u t-tieni, li l-għajnuna tal-poplu f’din il-ġlieda hija strument importanti biex jibqgħu jiġu identifikati persuni li huma nvoluti f’dan is-settur kriminali. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990