Left arrow Mur Lura

ĠLIEDA KONTRA L-FAQAR U L-ESKLUŻJONI SOĊJALI

pr1419
Date Icon 30/07/2010
“L-anzjani huma l-pilastru prinċipali tas-soċjeta`.”Hekk stqarr is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`, l-Onor. Mario Galea waqt id-diskors tal-għeluq meta kien qed jieħu sehem fil-konferenza organizzata bħala parti mill-attivitajiet għas-Sena 2010 fil-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali.
Is-SegretarjuParlamentari tenna li f’pajjiżna r-rata tat-twelid qiegħda tonqos. In-nies qed jgħixu aktar u dan ifisser li n-numru ta’ anzjani fis-soċjetà qiegħed dejjem jikber. L-Onor. Galea żied jgħid li min-naħa l-oħra r-rata ta’ mortalità fir-Residenza ta’San Vinċenz qed dejjem tonqos.

L-Onor. Galea semma li tul is-sena li għaddiet tlesta l-proġett tal-Blokka Ġwanni Pawlu II., binja qadima li ġiet trasformata f’waħda moderna u attrezzata biex tilqa’ fiha 144 resident. Għall-ewwel darba hemm żewġ swali mibnija u attrezzati (48 sodda) apposta għall-persuni li jbatu bid-dimensja. Dan huwa investiment ta’ 9 miljun ewro.

Is-Segretarju Parlamentari saħaq li f’Malta nistmaw li hawn 4,500 persuna li għandhom id-dimensja. Il-projections għas-sena 2025 juru li n-numru ta’ nies li jbatu bid-dimensja kważi se jirdoppja u jitla’ għal 6,345. F’dan il-qasam saru ħafna inizjattivi fosthom:

·     Sar taħrig lill-ħaddiema fid-djar tal-anzjani tal-Gvern dwar il-kura tad-dimensja.

·     Ġie ppubblikat ktieb, miktub minn Trevor Zahra, bl-iskop li jgħin lit-tfal jifhmu aktar x’inhi l-kundizzjoni tad-dimensja.

·     Flimkien mal-Malta Dementia Society twaqqaf helpline (22081826) biex jagħti appoġġ lil min qed jieħu ħsieb persuni bid-dimensja.

·     Twaqqaf Kumitat magħmul minn professjonisti bl-iskop li jħejji Strateġija Nazzjonali dwar id-Dimensja.

·     Infetħu l-ewwel żewġt iswali għall-persuni li għandhom id-dimensja ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul.

Minħabbal-bidliet fis-soċjetà, hemm bżonn li nżidu l-promozzjoni dwar il-kunċett li jissejjaħ “healthy aging”. L-Onor. Galea tenna li fil-prattika dan ifisser li noħolqu opportuntajiet biex l-anzjani jkollhom parti attiva fi ħdan is-soċjetà, filwaqt li jgħixu  kwalità ta’ ħajja tajba u jibqgħu indipendenti kemm jista’ jkun. “Irridu nħarsu lejn anzjani attivi, bħall-anzjani li qed jkollhom l-opportunita jitgħallmu l-kompjuter fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum”.
Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea temm jgħid lilejn l-anzjani għandna dejn kbir u ghalhekk huma ħaqqhom kull rispett.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow