Left arrow Mur Lura

DISKUSSJONI DWAR IL-PENSJONIJIET FI ĦDAN IL-CORE GROUP TAL-MEUSAC

pr1417
Date Icon 30/07/2010
Il-CoreGroup tal-MEUSAC illum iddiskuta l-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar  Pensjonijiet adegwati, sostenibbli u siguri li ħarġet fis-7 ta’ Lulju li għadda.Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Impjiegi u l-Familja, Dolores Cristina, fetħet id-diskussjoni billi semmiet il-ħidma tal-Gvern Malti fil-qasam tal-pensjonijiet u spjegat kif fis-snin li għaddew Malta bdiet ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet u għamlet dan b’mod gradwali wara konsultazzjoni serja ma’ dawk kollha konċernati.
Waqt dinir-riforma, il-Gvern dejjem saħaq fuq riforma adegwata u sigura. Għaldaqstant, il-Gvern Malti laqa’  b’mod pożittiv il-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea li tħares ukoll lejn sistemi ta’ pensjonijiet adegwati, sostenibbli u siguri.
Il-Ministru Cristina fissret il-Green Paperbħala dokument b’mistoqsijiet u linji gwida għad-diskussjoni u ma  tipproponix sistema ta’ one size fits all għall-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kollha, iżda tħalli f’idejn l-Istati Membri biex jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti għal pajjiżhom.
Id-Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tas-SigurtàSoċjali Joe Camilleri, u Godwin Mifsud, mill-Ministeru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Investiment, għamlu preżentazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-pensjonijiet Ewropea u dik Maltija.  Il-preżentazzjoni ffukat fuq it-tliet temi prinċipali li titkellem dwarhom il-Green Paper: x’għandu jkun ir-rwol tal-Unjoni Ewropea biex jinstab bilanċ bejn iż-żmien li persuni jqattgħu fuq ix-xogħol u dak li jqattgħu rtirati; it-tneħħija ta’ ostakli għall-mobilità tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea; u pensjonijiet iktar siguri.
Fostil-punti li tqajmu mill-membri kien hemm il-mistoqsija dwar kif tista’ tiġi mkejla pensjoni adegwata, kif ukoll kumment dwar kif jistgħu jiġu mneħħija iktar ostakli għall-impjegabilità f’Malta.  Iċ-Chairperson tal-Pensions Working Group David Spiteri Gingell qal li skont il-Bank Dinji, pensjoni adegwata hija dik ta’ 40% tal-paga medja. Hu saħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied ir-rata ta’ parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol.
Intant,fi tmiem il-laqgħa tal-Core Group ingħata wkoll aġġornament dwar l-implimetazzjoni tad-Direttiva li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali.  Waqt preżentazzjoni mogħtija mis-Sur Kevin Mercieca, Manager fi ħdan il-MEPA, ġie spjegat kif f’Jannar 2010, ġie aġġudikat it-tender biex tiġi implimentata din id-direttiva, bil-proġett mistenni li jdum għaddej tnax-il xahar u għaldaqstant, ir-riżultati għandhom jintlaħqu sat-tieni kwart tal-2011.
Il-laqgħa kienet preseduta mis-SegretarjuParlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow