Left arrow Mur Lura

PREZZIJIET TAL-ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN

pr1413
Date Icon 30/07/2010
B’referenza għall-PressRelease Nru.1339, ta’ nhar it-Tlieta, 20 ta’ Lulju 2010 l-Accountant General javża li l-prezz għall-pubbliku, għal kull Stock imsemmi hawn taħt, ġie stabbilit kif ġej:
(i) 3.75% Stocktal-Gvern ta' Malta 2015 (VI) Fungibility Issue bi prezz ta’ €102.50 b’YTM ta’ 3.233%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.259%; u
(ii) 5.25% Stocktal-Gvern ta’ Malta 2030 (I) Fungibility Issue, bi prezz ta’ €100.00 b’YTM ta’ 5.25% li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 5.318%.
L-applikazzjonijietjiftħu nhar t-Tnejn, 2 ta’ Awwissu 2010 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal- Accountant General:
(a) fil-5.00pm l-Erbgħa,4 ta’ Awwissu 2010 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u
(b) f’nofsinharil-Ġimgħa, 6 ta’ Awwissu 2010 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formolital-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.

Aktar tagħrif dwar dawn l-‘istocks’ jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-‘website’ tat-Teżor www.treasury.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow