Left arrow Mur Lura

L-EWWEL KUNSILL LOKALI LI JOFFRI SERVIZZI DWAR SIGURTA’ SOĊJALI

pr1412
Date Icon 29/04/2010
Grazzi għall-ftehimiffirmat dalgħodu, il-Kunsill Lokali tal-Gudja sar l-ewwel Gvern Lokali li qed joffri servizzi estensivi dwar Sigurta’ Soċjali. Ir-residenti tal-Gudja, minflok imorru f’raħal ieħor biex jinqdew għal dak kollu li jkollhom bżonn fejn jidħlu informazzjoni u applikazzjonijiet, issa jistgħu jinqdew permezz tal-one-stop shop li qed joffrilhom il-Kunsill Lokali tagħhom stess.
Fost l-oħrajnir-residenti jistgħu japplikaw għal kwalunkwe benefiċċju tas-Sigurta’ Soċjali li ma jirrikjedix dikjarazzjoni ġuramentata, jagħmlu rapporti dwar bdil fiċ-ċirkostanzi, iġeddu l-karta r-roża, japplikaw għall-karta r-roża, jissottomettu ċertifikati tal-mard, u jagħmlu kwalunkwe talba għall-informazzjoni fuq Sigurta’ Soċjali.
Il-ftehim kieniffirmat mid-Direttur Ġenerali tas-Sigurta’ Soċjali Joe Camilleri u mis-Sindku tal-Gudja John Mary Calleja fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said.
Chris Said qal libħala parti mit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali, kif imwettaq fix-xhur li għaddew, il-Kunsilli Lokali ngħataw diversi responsabbiltajiet ġodda kif ukoll ir-riżorsi meħtieġa biex joffru numru ta’ servizzi fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Il-Kunsilli Lokali qed jiġu mħeġġa jikkontribwixxu lejn l-attivitajiet li jġibu magħhom l-inklużjoni soċjali u joffru servizzi biex jgħinu fit-titjib tal-kwalita’ tal-ħajja taċ-ċittadini u tal-komunitajiet li jirrappreżentaw.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Gudja li tnebbaħ mill-politika tal-Gvern dwar il-Gvern Lokali u beda joffri servizzi importanti fuq livell lokali. “Il-Kunsilli Lokali għandhom ir-rwol li jgħinu biex jiffaċilitaw il-ħajja taċ-ċittadini li jirrappreżentaw u llum aktar minn qatt qabel qed jingħataw l-għodda u r-riżorsi meħtieġa biex verament jagħmlu d-differenza fil-lokalitajiet tagħhom”.
Fil-passat,ir-residenti tal-Gudja kienu jinqdew bis-servizz tas-sigurta’ soċjali fid-distrett ta’ Raħal Ġdid u għal xi żmien dan is-servizz kien trasferit lejn Ħal Luqa. Issa s-servizz se jibda jingħata mill-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill Lokali tal-Gudja u minn dan il-ftehim se jgawdu mijiet ta’ Gudjani li qabel kien ikollhom imorru f’raħal ieħor biex jinqdew.
Id-Direttur Ġeneralitas-Sigurta’ Soċjali Joe Camilleri, qal li dan il-ftehim mal-Kunsill Lokali tal-Gudja hu proġett pilota. Il-ħsieb hu li l-proġett jinfirex u aktar Kunsilli Lokali jibdew joffru huma wkoll dawn is-servizzi.
Waqt il-konferenzatal-aħbarijiet intqal li fil-ġimgħat li għaddew intlaħaq qbil bejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex l-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali kollha jkunu miftuħin għan-nies f’ħin regolari u l-istess kullimkien. Il-Kunsilli Lokali se jkunu miftuħin għan-nies mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u s-1.00pm filwaqt li nhar ta’ Sibt l-uffiċċji qed ikunu miftuħin bejn it-8am u l-11.30am.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow