L-EWWEL KUNSILL LOKALI LI JOFFRI SERVIZZI DWAR SIGURTA’ SOĊJALI
pr1412
29/04/2010
| Grazzi għall-ftehim | iffirmat dalgħodu, il-Kunsill Lokali tal-Gudja sar l-ewwel Gvern Lokali li qed joffri servizzi estensivi dwar Sigurta’ Soċjali. Ir-residenti tal-Gudja, minflok imorru f’raħal ieħor biex jinqdew għal dak kollu li jkollhom bżonn fejn jidħlu informazzjoni u applikazzjonijiet, issa jistgħu jinqdew permezz tal-one-stop shop li qed joffrilhom il-Kunsill Lokali tagħhom stess. |
| Fost l-oħrajn | ir-residenti jistgħu japplikaw għal kwalunkwe benefiċċju tas-Sigurta’ Soċjali li ma jirrikjedix dikjarazzjoni ġuramentata, jagħmlu rapporti dwar bdil fiċ-ċirkostanzi, iġeddu l-karta r-roża, japplikaw għall-karta r-roża, jissottomettu ċertifikati tal-mard, u jagħmlu kwalunkwe talba għall-informazzjoni fuq Sigurta’ Soċjali. |
| Il-ftehim kien | iffirmat mid-Direttur Ġenerali tas-Sigurta’ Soċjali Joe Camilleri u mis-Sindku tal-Gudja John Mary Calleja fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said. |
| Chris Said qal li | bħala parti mit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali, kif imwettaq fix-xhur li għaddew, il-Kunsilli Lokali ngħataw diversi responsabbiltajiet ġodda kif ukoll ir-riżorsi meħtieġa biex joffru numru ta’ servizzi fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Il-Kunsilli Lokali qed jiġu mħeġġa jikkontribwixxu lejn l-attivitajiet li jġibu magħhom l-inklużjoni soċjali u joffru servizzi biex jgħinu fit-titjib tal-kwalita’ tal-ħajja taċ-ċittadini u tal-komunitajiet li jirrappreżentaw. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Gudja li tnebbaħ mill-politika tal-Gvern dwar il-Gvern Lokali u beda joffri servizzi importanti fuq livell lokali. “Il-Kunsilli Lokali għandhom ir-rwol li jgħinu biex jiffaċilitaw il-ħajja taċ-ċittadini li jirrappreżentaw u llum aktar minn qatt qabel qed jingħataw l-għodda u r-riżorsi meħtieġa biex verament jagħmlu d-differenza fil-lokalitajiet tagħhom”. |
| Fil-passat, | ir-residenti tal-Gudja kienu jinqdew bis-servizz tas-sigurta’ soċjali fid-distrett ta’ Raħal Ġdid u għal xi żmien dan is-servizz kien trasferit lejn Ħal Luqa. Issa s-servizz se jibda jingħata mill-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill Lokali tal-Gudja u minn dan il-ftehim se jgawdu mijiet ta’ Gudjani li qabel kien ikollhom imorru f’raħal ieħor biex jinqdew. |
| Id-Direttur Ġenerali | tas-Sigurta’ Soċjali Joe Camilleri, qal li dan il-ftehim mal-Kunsill Lokali tal-Gudja hu proġett pilota. Il-ħsieb hu li l-proġett jinfirex u aktar Kunsilli Lokali jibdew joffru huma wkoll dawn is-servizzi. |
| Waqt il-konferenza | tal-aħbarijiet intqal li fil-ġimgħat li għaddew intlaħaq qbil bejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex l-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali kollha jkunu miftuħin għan-nies f’ħin regolari u l-istess kullimkien. Il-Kunsilli Lokali se jkunu miftuħin għan-nies mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u s-1.00pm filwaqt li nhar ta’ Sibt l-uffiċċji qed ikunu miftuħin bejn it-8am u l-11.30am. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990