FTUĦ TAĊ-ĊENTRU GĦALL-ĦARSIEN TAT-TFAL ID-DENFIL: IL-GVERN IKOMPLI JINVESTI FL-EDUKAZZJONI BIKRIJA
pr1411
29/04/2010
| Il-Ministru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, Dolores Cristina dal-għodu inawgurat –ID-DENFIL – Ċentru għall-Ħarsien u l-Kura tat-Tfal li jinsab fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi u saħqet li l-Gvern se jibqa’ impenjat li jinvesti u jsaħħaħ is-settur tal-edukazzjoni bikrija. |
| Il-Ministru qalet li | l-edukazzjoni bikrija titqies bħala waħda mill-aktar fażijiet importanti u kruċjali fil-ħajja u fl-iżvilupp tal-bniedem għax f’dawn is-snin jitpoġġa l-pedament li fuqu jista’ jinbena futur fis-sod għal kull persuna. Aktar mat-tfal tagħna jibdew il-mixja edukattiva tagħhom minn kmieni f’ambjent ta’ ħarsien u kura, aktar se jsibu f’ħajjithom. |
| Il-Gvern jemmen li | pajjiżna jixraqlu investiment b’saħħtu f’dan il-qasam. Ċentri ta’ kwalita’ huma opportunita’ għal uliedna biex jiżviluppaw b’mod san minn eta’ bikrija. Iservu wkoll biex tiżdied ir-rata tan-nisa fl-impjieg għax ikunu jistgħu jagħmlu dan b’rashom mistrieħa li wliedhom qed jingħataw l-attenzjoni li għandhom bżonn f’ambjent li jagħmlilhom il-ġid u jgħinhom jimxu ‘l quddiem. |
| Għaldaqstant il-Gvern | hu mpenjat li jiżgura li f’Malta jkun hawn servizz ta’ kura tat-tfal ta’ kwalita’, li fl-istess ħin ikun affordabbli wkoll. |
| F’dawn l-aħħar snin | il-Gvern investa bis-sħiħ f’dan il-qasam. • Ħoloq l-uffiċċju ta’ Regolatur ta’ dan is-servizz. • Kienu żviluppati standards għolja għal dawn iċ-Ċentri li jekk ma jintlaħqux, ma jiġux reġistrati. • Kienu mnedija wkoll numru ta’ skemi u inċentivi biex ngħinu lil dan il-qasam ikompli jiżviluppa. |
| Il-Ministru Cristina | qalet li issa r-responsabbilita’ ta’ dawn iċ-ċentri u taċ-Ċentri SmartKids, issa għaddiet taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi li l-lum għandha Chairperson ġdid fil-persuna tas-Sur Albert Bell. Dan il-passaġġ tar-responsabbilta’ għall-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi sar għaliex il-viżjoni tal-Gvern hi li għandu jkun hemm aktar koordinament u aktar sinerġija bejn dawn iċ-ċentri u l-kindergartens b’kontinwazzjoni mas-snin tal-edukazzjoni obbligatorja. B’hekk il-Gvern ikun qed jiżgura li jagħti lit-tfal l-opportunita’ li jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi meħtieġa permezz ta’ programmi ta’ kwalita ta’ educare; u li t-tranżizzjoni minn din il-fażi għal fażijiet l-oħra edukattivi ssir mingħajr skossi. |
| Dan is-servizz hu | wieħed speċjalizzat għax għalkemm l-iskop prinċipali taċ-ċentri SmartKids huwa dak ta’ childcare, dawn iċ-ċentri joffru servizz komplut bi programmi li jindirizzaw ukoll id-diffikultajiet li tkun għaddejja minnhom il-familja u huma primarjament immirati biex jagħtu appoġġ u jgħinu fit-tisħiħ tal-familja. |
| Fil-fatt, dawn | iċ-ċentri jagħtu preferenza lil: • tfal li minħabba f’ċirkostanzi familjari speċifiċi, jista’ jkollhom il-ħtieġa li jagħmlu xi ħin il-bogħod mid-dar tagħhom; • tfal li l-ġenituri tagħhom jenħtieġu respite; • tfal b’ġenitur wieħed li qiegħed jattendi l-family workshops offruti miċ-ċentru jew li daħal fid-dinja tax-xogħol; • tfal li qegħdin jesperjenzaw diffikultajiet fl-iżvilupp, eż speech delay, u li għandhom il-ħtieġa ta’ aktar attenzjoni personali qabel ma jidħlu fil-kindergarten mainstream. |
| Għal dawn l-aħħar | snin, kien hemm tlett ċentri Smart Kids fil-Birgu, f’Birkirkara u fil- Qawra li għaddejjin b’din il-ħidma komunitarja qawwija fil-lokal tagħhom. |
| “Illum, bi pjacir, | qed niftħu ċentru ieħor fis-Siġġiewi, iċ-Ċentru ID-DENFIL, li se jitħaddem fuq l-mudell ta’ Smartkids. Fil-ġimgħat li ġejjin se jinfetħu wkoll uffiċjalment żewġ ċentri oħra f’ Bormla u Pembroke. Id-domanda għal dawn is-servizzi hija waħda nkoraġġanti ħafna u dan jawgura tajjeb għall-ħidma futura f’dan il-qasam.” |
| Il-Ministru Cristina | fakkret ukoll li sentejn ilu, nfetħu 3 ċentri tal-Gvern, bi sħubija mal-privat, fil-Għargħur, f’Ħal-Luqa u f’Raħal Ġdid. Tnejn minn dawn iċ-ċentri nfetħu proprju fil-bini tal-iskejjel primarji tal-lokal. Fil-ħames snin li ġejjin, il-Gvern irid jiftaħ aktar ċentri f’Malta u f’Għawdex li joffru mhux biss ħarsien imma programm edukattiv li jgħin fl-iżvilupp tal-ħiliet tat-tfal iż-żgħar. |
| “Wegħda Elettorali | tal-Gvern hi li għandhom jiġu nkoraġġiti ċ-childcare centres u dan biex il-ġenituri jkomplu jiġu megħjuna jsibu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari tagħhom. Bħala Ministeru aħna impenjati li nikkontribwixxu bis-sħiħ fit-twettiq ta’ din il-wegħda, kif diġa bdejna nagħmlu.” |
| Il-Ministru Cristina | kompliet tghid li “l-Gvern hu mpenjat li jiżgura li s-servizzi taċ-childcare ta’ kwalita’ jkunu aċċessibbli u affordabbli għal kulħadd. Fil-budgets tat-tliet snin li għaddew tħabbru numru ta’ miżuri li kienu mmirati proprju biex jilħqu dan l-iskop. Nista’ nsemmi t-tnaqqis sa’ massimu ta’ €1,000 mid-dħul taxxabbli għall-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f’childcare centres reġistrati; il-miżura li l-ispejjeż relatati maċ-childcare li jsiru minn min iħaddem fir-rigward tal-impjegati tiegħu jiġu mnaqqsa mid-dħul taxxabbli ta’ dak l-employer u l-miżura li kull ħlas għal childcare li jsir minn min iħaddem lill-impjegati ma jibqax jiġi kkunsidrat bħala fringe benefit u għaldaqstant ma jkunx taxxabbli.” |
| Barra dawn il-miżuri, | kienet ukoll iddaħħlet il-possibilta’ li childcare centre registrat jista’ japplika biex ikun meqjus bħala educational establishment mad-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni u allura dak is-servizz jkun VAT Exempt. Fil-budget tas-sena l-oħra ddaħħlet miżura oħra ta’ tnaqqis fit-taxxa lill-ġenituri li għandhom lil uliedhom jattendu kindergartens privati fejn ingħatalhom massimu ta’ €1,000 fis-sena. Din is-sena, din il-miżura se tkun estiża wkoll għal dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f’childcare centres u kindergarten centres fis-sajf ukoll. |
| • Proġett ieħor | relatat mal-Kura tat-tfal qed jitwettaq dan is-sajf u hu mmirat biex jagħti għajnuna lill-faċilitajiet ta’ childcare privati bil-għan li tkompli titjieb il-kwalita’ tas-servizz offrut f’pajjiżna. Il-fondi għal dan il-proġett inkisbu mill-Unjoni Ewropea. |
| • Din l-iskema | maħsuba biex tassisti childcare centres eżistenti biex itejjbu l-premises tagħhom u t-tgħammir li jużaw fiċ-ċentri; tassisti lill-providers jekk ikollhom iċaqalqu l-premises għal post ieħor biex ikollhom faċilita’ aktar xierqa skond l-istandards kif stabbiliti; tinkoraġġixxi t-twaqqif ta’ aktar childcare centres. Din l-iskema hi amministrata mid-dipartment għall-Istandards tal-Ħarsien Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali. |
| Dan kollu juri l-impenn | u l-isforzi li l-Gvern qed ipoġġi f’dan il-qasam tal-edukazzjoni bikrija, temmet tgħid il-Ministru Cristina. |
| Għall-ftuħ taċ-Ċentru | attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xoghol u l-Familja, l-Onor. Clyde Puli kif ukoll uffiċjali tal-Fondazzjoni għas-Serivzzi Edukattivi, uffiċjali edukattivi, ġenituri u mistiedna oħra. Iċ-Ċentru tbierek mill-Arċipriet tas-Siġġiewi, Dun Albert Buhagiar; filwaqt li l-Ministru Cristina irregalat pittura ta’ Luciano Micallef biex tinżamm fic-centru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990