Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1408
Date Icon 28/07/2010

Gvern iffukat fuq il-ħolqien tax-xogħol, tnaqqsu t-taxxi u żdied l-investiment fil-qasam edukattiv u socjali


Risposta gћall-Istqarrija tal-Kelliem ta’ l-Oppozizzjoni gћall-Finanzi Charles Mangion

F’attentat biex tiskredita l-politika fiskali u ekonomika tal-Gvern fid-dawl tal-istatistika pubblikata mill-Unjoni Ewropea, li tpoġġi lil Malta fost ta’ quddiem fir-rigward ta’ ħolqien ta’ impjiegi, tnaqqis tad-defiċit u fost l-inqas fejn jidħlu taxxi fuq ix-xogħol, l-Oppożizzjoni tagħżel li tibqa’ maqtugħa mir-realtà li kulħadd jista’ jara sseħħ madwarna.

Madwarna nsibu bosta popli li qed isibu quddiemhom diffikultajiet finanzjarji kbar, tant li l-Unjoni Ewropea ħasset il-bżonn li tintervjeni dirett, fil-każ tal-Greċja b’pakkett ta’ għajnuna, u permezz tal-ħolqien ta’ Fond ta’ Garanzija. Biex jilqgħu għal din il-qagħda, bosta pajjiżi rrikkorrew għal sensiela ta’ miżuri ta’ awsterità, fosthom żidiet fl-income tax u l-VAT u tnaqqis fl-investiment edukattiv u dak socjali.

Għal kuntrarju, f’pajjiżna, tul is-sentejn li għaddew, il-Gvern introduċa numru ta’ inizjattivi li wasslu għal tnaqqis fit-taxxa, fosthom

  • tnaqqis tal-income tax – ghal 3 snin wara xulxin tnaqqset l-income tax ghal kulhadd,
  • tnaqqis fit-taxxa għal dawk il-persuni fin-negozju li jinvestu jew jimpjegaw nies ġodda, 28,000 sid ta’ negozju u sidien ta’ hwienet jistghu jiffrankaw sa 25,000 ewro
  • tnaqqis mit-taxxa għal min jibgħat l-uliedu fi skejjel privati
  • tnaqqis fl-income tax ghal genituri li t-tfal taghhom jattendu nurseries jew akkademji sportivi,
  • tax credits ghall-ommijiet li jidħlu lura għax-xogħol wara li jkollhom it-tfal jew li jibqghu jahdmu;
  • familji li jzommu studenti barranin li jkunu qed jistudjaw f’Malta ma jhallsux income tax fuq l-ewwel 3,500 ewro
  • tnaqqis fl-income tax lill-genituri li jibghatu t-tfal taghhom f’child care centres
  • tnehhija tat-taxxa fuq il-credit cards
  • kif ukoll id-dritt li l-anzjani jżommu l-pensjoni jekk jibqgħu jaħdmu.

Filwaqt li naqqas it-taxxi, il-Gvern intervjena fejn meħtieġ biex jassigura u joħloq il-postijiet tax-xogħol, filwaqt li kompla l-investiment fil-qasam edukattiv u dak soċjali kif ukoll investiment fi proġetti kapitali li jkattru x-xogħol. Dan wassal biex pajjiżna għandu fost l-aktar rati baxxi ta’ qgħad madwar l-Unjoni Ewropea kollha.

L-Istability Programme tal-Gvern jagħti ħarsa ġenerali u fuq livell għoli tal-qagħda fiskali tal-pajjiż iżda l-miżuri fiskali speċifiċi jitħabbru fil-Baġit ta’ kull sena.

Dwar ir-referenza gћall-ammonti li gћaddew mill-Bank Ċentrali, l-ammont imsemmi jirreferi gћad-dividends mgћoddija mill-Bank lill-Gvern fuq bażi tal-profitti magћmula minnu.

Il-Gvern se jkompli jikkonsolida l-finanzi tal-pajjiż, biex dak li ġarbu pajjiżi oħra ma nġarbuhx f’pajjizna. Se jinvesti aktar fil-ħolqien tax-xogħol u fil-qasam soċjali.  Il-gid li jinћoloq f’pajjiżna jinqasam b’gustizzja soċjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow