DISKORS TAL-ONOR. PETER MICALLEF, ASSISTENT PARLAMENTARI MAL-MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ FL-OKKAŻJONI TAL-WORLD HEPATITIS DAY – IT-28 TA’ LULJU 2010
pr1407
28/07/2010
| Proġett ġdid li | jippromovi s-saħħa taż-żgħażagħ |
| Ilum iltqajna hawn | sabiex inniedu proġett ġdid li hu mmirat speċifikatament lejn iż-żgħażagħ u adulti pjuttost żgħar fl-età. Dan il-proġett jindirizza tliet infezzjonijiet li jolqtu lil din il-parti tal-popolazzjoni tagħna, u li huma l-HIV, il-Hepatitis B u l-Hepatitis C. |
| L-HIV, li hi l-infezzjoni | li twassal għall-AIDS, ġieli tkellimna dwarha u nisimgħu ħafna fuq il-mezzi tax-xandir ukoll għax l-uniku mod kif nistgħu negħlbuha hija permezz ta’ edukazzjoni u prevenzjoni. Aktar kemm in-nies ikunu jafu dwar l-HIV, aktar hemm ċans li jieħdu l-prekawzjonijiet biex il-marda ma tkomplix tinfirex. |
| Min-naħa l-oħra, | nisimgħu ħafna anqas dwar il-Hepatitis B u C, iżda huwa magħruf li madwar id-dinja nsibu bniedem minn kull 12-il persuna jbati minn Hepatitis B jew C. |
| Il-proġett li jindirizza | dawn it-tliet infezzjonijiet fost iż-żgħażagħ huwa l-H-Cube. Imsejjaħ hekk għaliex ikopri tliet infezzjonijiet li jibdew bl-H! |
| L-H-Cube huwa proġett | iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea bl-għan li jipprovdi tagħrif dwar dawn l-infezzjonijiet li jiġu trasmessi sesswalment u li ser jibqa’ għaddej għal tletin xahar. |
| Il-proġett għandu fi ħdanu 11-il membru tal-Istati | Ewropej: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Greċja, l-Ungerija, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Islovenja, u l-Italja. |
| L-għan | ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li jqajjem kuxjenza dwar it-tliet infezzjonijiet permezz ta’ kampanja Ewropea ta’ informazzjoni u prevenzjoni li tinvolvi żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena. |
| L-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea sabiex | tikkumbatti l-ġlieda kontra l-marda tal-AIDS u l-mard kollu trasmess sesswalment fi ħdan l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk tal-madwar, ġiet definita fil-linji ta’ gwida ġodda tas-sena 2009. F’dan id-dokument ġie enfasizzat il-fatt li fl-2007 kien hemm 50,000 elf każ ġdid ta’ HIV fl-UE u fil-pajjiżi tal-madwar. Minn barra dan, 2 miljun persuna oħra qegħdin jgħixu bl-HIV/AIDS, b’rata ta’ prevalence li tvarja bejn 0.1% u 1.2% madwar l-Ewropa; kien hemm ukoll kwazi sitt elef u ħames mitt każ ġdid ta’ Hepatitis B, filwaqt li l-każi tal-Hepatitis C laħqu mat-tletin elf. |
| Bħalissa | fil-Lvant tal-Ewropa, il-każijiet tal-HIV u l-AIDS qegħdin jiżdiedu b’rata allarmanti l-aktar minħabba l-fatt li 30% sa 50% ta’ nies infettati bl-HIV fl-UE u madwar 70% ta’ nies oħra fil-pajjiżi tal-madwar mhumiex konxji li għandhom din l-infezzjoni. B’hekk huwa importanti ferm li jsir pjan ta’ azzjoni f’dawn il-pajjiżi speċjalment minħabba r-rata għolja ta’ mobbiltà. |
| Il-European Centre for Disease Control tikkalkula li | madwar 2 biljun persuna madwar id-dinja ġew infettati bil-Hepatitis B (madwar 350 miljun minnhom jgħixu b’infezzjoni kronika) u sa 170 miljun persuna kellhom kuntatt mal-Hepatitis C (130 miljun minnhom huma infettati kronikament). L-aktar persuni vulnerabbli huma ż-żgħażagħ. |
| H-Cube | ser toħloq kampanja pożittiva mmirata lejn iż-żgħażagħ. Fil-fatt diġà sar studju li ra x’jeżiżti fil-pajjiżi li qed jieħdu sehem, inkluż Malta. Ser jintgħażlu l-best practices minn fost il-proġetti kollha u jittieħdu l-aħjar minnhom biex, wara li jiġu addattati għal-lokal, jinfirxu mal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Europea. |
| Il-kampanja Europea ser taħdem sabiex tilħaq | liż-żgħażagħ fil-postijiet fejn jgħixu, jaħdmu, jitgħallmu u jirrilassaw. Il-proġett ser iniedi websajt li ser tkun l-istrument prinċipali fejn tilħaq iż-żgħażagħ. Ser ikun fiha kwestjonarji, informazzjoni u stħarriġ li ser jibqa’ jkun aġġornat. Dawn ser jiġu analizzati u evalwati biex isaħħu dan il-proġett f’kull pajjiż inkluża Malta. Parti importanti mill-H-Cube ser tkun l-e-learning mhux biss għaż-żgħażagħ iżda wkoll għall-għalliema, ġenituri, u professjonisti fil-qasam soċjali u tas-saħħa. |
| Dan | il-proġett qed jikkunsidra d-diversità kulturali, soċjali, ekonomika u politika tal-pajjiżi li ser jipparteċipaw. |
| Hawn | Malta, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenżjoni tal-Mard qed jaħdem fuq dan il-proġett. Diġà lesta l-istħarriġ meħtieġ dwar is-sitwazzjoni lokali. Ipprepara wkoll tliet fuljetti ta’ informazzjoni mmirata lejn udjenza żagħżugħa, wieħed fuq kull infezzjoni msemmija. Ser isiru wkoll outreach programmes flimkien mal-Għaqda tal-Istudenti tal-Mediċina tal-Università ta’ Malta, li ser ikellmu liż-żgħażagħ fuq kif jistgħu jevitaw dawn l-infezzjonijiet. |
| Jien | żgur li dan il-proġett ser jirnexxi billi jkun hawn aktar għarfien dwar dan il-mard. U jekk iż-żgħażagħ ikunu infurmati, ikollhom l-aqwa arma f’idejhom biex jevitaw li jkompli jinxtered dan il-mard filwaqt li jkomplu jgħixu ħajja b’saħħitha. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990