Left arrow Mur Lura

Iffirmar tal-ftehim mal-Università ta’ Malta rigward il-Higher Diploma fil-Public Accounting u l-Finance

pr1402
Date Icon 28/07/2010
ProfJuanito Camilleri, Rettur, Università ta’ Malta u s-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti, Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, illum iffirmaw ftehim mal-Università ta’ Malta bħala inizjattiva ġdida msejħa Higher Diploma in Public Accounting and Finance, li hija maħsuba li tara l-bidu tagħha mis-sena akkademika li ġejja. L-iffirmar sar fil-preżenza ta’ Dr Godwin Grima, Segretarju Permanenti Prinċipali, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Dinl-inizjattiva għandha l-għan li tkompli tiżviluppa l-immaniġġjar tal-finanzi fis-Servizz Pubbliku f’ambjent ekonomiku u finanzjarju li aktar ma jmur aktar qiegħed joffri sfida.  Hija wkoll konsistenti mal-iżvilupp professjonali  kontinwu tal-Uffiċjali Pubbliċi kif ukoll fit-twettiq tal-Att tal-Amministrazzjoni Pubblika, li jagħti importanza kbira fuq użu effiċjenti tar-riżorsi.
It-tnedija tal-Higher Diploma huwa passimportanti għal tliet raġunijiet:
(i)Dan huwa l-ewwel kors ta’ din ix-xorta illi qiegħed jiġi organizzat mid-Dipartiment tal-Accountancy fl-Università ta’ Malta;
(ii)Dan huwa prodott ta’ kollaborazzjoni sħiħa bejn iċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Institute of Public Administration and Management u d-Dipartiment tal-Accountancy fl-Università ta’ Malta;
(iii)Din l-inizjattiva, li inizjalment ġiet proposta mill-Ministeru tal-Finanzi, hi marbuta ma’ pożizzjoni ġdida fis-Servizz Pubbliku, dik ta’ Manager (Accounting and Finance).
B’kollox, 45 Uffiċjal Pubbliku ġew magħżula warasejħa għal min kien interessat japplika għal dan il-kors.  Wara li jtemmu b’suċċess il-kors, dawn l-uffiċjali se jkunu eliġibbli għall-pożizzjoni ta’ Manager (Accounting and Finance) li hija marbuta ma’ Skala numru 7 fis-salarju. Din il-pożizzjoni ġdida ser tkun qed tgħin biex ikomplu jissaħħu id-Direttorati responsabbli mill-ippjanar tal-finanzi u management.
Fis-Servizz Pubbliku, permezz taċ-Ċentrugħall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ, qed jittieħdu wkoll numru ta’ inizjattivi oħra f’setturi oħra fl-HR Management u f’ oqsma oħra. Sar investiment ukoll f’ kumpless fil-Furjana li ser ikun qed jiġbor fih il-faċilitajiet ta’ taħriġ ta’ dan iċ-Ċentru. Dan l-investiment qiegħed jirrappreżenta l-impenn lejn il-ħaddiema fi ħdan is-Servizz Pubbliku u l-iżvilupp kontinwu tagħhom.
Tawis-sehem tagħhom fil-ħidma relatata mat-tnedija tal-Higher Diploma fil-Public Accounting and Finance, is-Sur Peter Baldacchino, Kap tad-Dipartiment tal-Accountancy, Prof Godfrey Pirotta, Direttur tal-Institute of Public Administration and Management, u Ms Josette Caruana, mill-Università ta’ Malta.  Dr Philip von Brockdorff, Kap Eżekuttiv, taċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħrig kien il-kuntatt ewlieni bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Università.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow