Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’

pr1398
Date Icon 27/07/2010
Aktarinfermiera u titjib fis-servizzi tas-saħħa.
Kuntrarju għal dak li qal il-kelliemtal-oppozizzjoni Michael Farrugia fis-sena akkademika 2010/11 fl-Universita’ biss se jkun hemm total ta’ 342 student f’korsijiet tan-nursing. Din is-sena wkoll se jiggradwaw 81 studenti oħra: 54 f’B.Sc. Nursing u 27 b’Diploma in Health Science Nursing.
165studenti ġodda se jibdew kors fin-nursing f’Ottubru li ġej. 23 minnhom jaħdmu diġa bħala Nursing Aides u ġew aċċettati skont il-“maturity clause”. L-ammont ta’ studenti li se jidhlu għal kors din is-sena hu daqs is-sena li għaddiet.  Dan hu n-numru hu mahdum biex kull student u studenta jkollu l-opportunita’ li jitħarreġ fl-isptarijiet skont standards ewropej.
Sadanitant, fuq livell ta’ impjieg, il-Gvern għandusejħa miftuħa sa l-2011 biex jiżdiedu aktar infermiera kwalifikati li jibdew jaħdmu fl-isptarijiet b’mod immedjat. Tul dawn l-aħħar jiem saru “interviews” lil madwar 40 infermiera sabiex dawn ukoll jibdew jaħdmu b’mod immedjat.  Barra minn dan ħarġet tender oħra biex aġenziji tar-reklutaġġ, tirrekluta  250 infermier kwalifikati biex jaħdmu fis-servizzi tas-saħħa f’Malta.  Din tagħlaq f’Awwissu.
Il-Gvernhu impenjat li jkompli jsaħħaħ u jżid ir-riżorsi umani u s-servizzi tas-saħħa li joffri b’xejn.  Il-Gvern ifaħħar kull inizjattiva li tista’ twassal biex ikompli jitjieb is-servizz tas-Saħħa f’pajjiżna u jirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.  Għalhekk il-kritika tal-oppozizzjoni u tal-media laburista hi inġusta li tattakka s-servizz li jagħtu b’tant dedikazzjoni il-ħaddiema f’dan il-qasam.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow