STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’
pr1398
27/07/2010
| Aktar | infermiera u titjib fis-servizzi tas-saħħa. |
| Kuntrarju għal dak li qal il-kelliem | tal-oppozizzjoni Michael Farrugia fis-sena akkademika 2010/11 fl-Universita’ biss se jkun hemm total ta’ 342 student f’korsijiet tan-nursing. Din is-sena wkoll se jiggradwaw 81 studenti oħra: 54 f’B.Sc. Nursing u 27 b’Diploma in Health Science Nursing. |
| 165 | studenti ġodda se jibdew kors fin-nursing f’Ottubru li ġej. 23 minnhom jaħdmu diġa bħala Nursing Aides u ġew aċċettati skont il-“maturity clause”. L-ammont ta’ studenti li se jidhlu għal kors din is-sena hu daqs is-sena li għaddiet. Dan hu n-numru hu mahdum biex kull student u studenta jkollu l-opportunita’ li jitħarreġ fl-isptarijiet skont standards ewropej. |
| Sadanitant, fuq livell ta’ impjieg, il-Gvern għandu | sejħa miftuħa sa l-2011 biex jiżdiedu aktar infermiera kwalifikati li jibdew jaħdmu fl-isptarijiet b’mod immedjat. Tul dawn l-aħħar jiem saru “interviews” lil madwar 40 infermiera sabiex dawn ukoll jibdew jaħdmu b’mod immedjat. Barra minn dan ħarġet tender oħra biex aġenziji tar-reklutaġġ, tirrekluta 250 infermier kwalifikati biex jaħdmu fis-servizzi tas-saħħa f’Malta. Din tagħlaq f’Awwissu. |
| Il-Gvern | hu impenjat li jkompli jsaħħaħ u jżid ir-riżorsi umani u s-servizzi tas-saħħa li joffri b’xejn. Il-Gvern ifaħħar kull inizjattiva li tista’ twassal biex ikompli jitjieb is-servizz tas-Saħħa f’pajjiżna u jirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa. Għalhekk il-kritika tal-oppozizzjoni u tal-media laburista hi inġusta li tattakka s-servizz li jagħtu b’tant dedikazzjoni il-ħaddiema f’dan il-qasam. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990