Studenti ta’ Skola Sajf f’Għawdex iżuru l-Ġgantija
pr1396
27/07/2010
| Madwar | 40 student Għawdxi li qed jattendu f’wieħed mill-għaxar ċentri ta’ Skola Sajf f’Għawdex, dalgħodu għamlu żjara b’differenza fis-sit storiku tal-Ġgantija. Din iż-żjara hija parti mill-mawriet edukattivi li Heritage Malta qed jorganizza għall-istudenti li qed jattendu Skola Sajf f’Għawdex din is-sena, bil-għan li t-tfal jaraw u jmissu b’idejhom ix-xogħol b’rabta ma’ l-arkeoloġija, waqt li jieħdu gost u jaħdmu f’tim. |
| It-tfal, | qattgħu n-nofs ta’ nhar ta’ dalgħodu jiskavaw għadam u statwetti minn ġol-ħamrija, f’post li kien ippreparat apposta minn Heritage Malta fil-Ġgantija stess. L-istess attività se ssir għall-istudenti l-oħra li qed jattendu ċ-ċentri kollha ta’ Skola Sajf f’Għawdex. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono | ltaqgħet mat-tfal preżenti għal din l-attività fejn ħeġġithom biex jitgħallmu aktar dwar l-istorja ta’ pajjiżna filwaqt li jagħrfu wkoll japprezzaw il-wirt storiku u kulturali tal-gżejjer tagħna. |
| Hija | faħħret l-inizjattiva ta’ Heritage Malta f’dawn l-attivitajiet, kif ukoll il-ħidma ta’ din l-entità fuq proġett għall-bini ta’ Visitors’ Centre fil-Ġgantija u fl-istudji meħtieġa għar-restawr ta’ dan is-sit storiku. Il-Ministru Debono qalet li l-Ministeru għal Għawdex jaħdem f’kollaborazzjoni kontinwa mas-sezzjoni ta’ Heritage Malta f’Għawdex b’impenn biex jiġi mħares u muri kif xieraq il-patrimonju storiku Għawdxi. |
| Fi Skola | Sajf ta’ din is-sena qed jattendu b’kollox madwar 500 tifel u tifla f’għaxar ċentri li jinsabu fl-iskejjel primarji fi ħdan il-Gozo College, u f’ċentri oħrajn fl-Oratorju Don Bosco u l-Arka Respite Centre. Permezz ta’ dan il-programm it-tfal qed ikabbru l-ħiliet tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arti, krafts, kant, mużika, żfin u drama, filwaqt li jitgħallmu aktar dwar il-ħarsien tas-saħħa, il-ħarsien ta’ l-ambjent u ta’ l-annimali, il-ħarsien tal-wirt kulturali, dwar il-prevenzjoni kontra l-abbużi, il-ħajja inklużiva, il-kompjuter u t-turiżmu. |
| Barra | minn hekk qed jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi, ħarġiet kulturali u edukattivi, kif ukoll fi skambji ma’ l-istudenti li jattendu SkolaSajf f’Malta. |
| Attività | popolari hija kwizz li qed isir bejn studenti miċ-ċentri ta’ Skola Sajf f’Għawdex u li qed joffri lill-istudenti tagħlim ta’ għarfien ġenerali, b’mod divertenti. Bħal kull sena, qed jiġi organizzat ukoll Klabbsajf fejn 73 tifel u tifla tat-tieni u t-tielet sena ta’ l-iskola primarja qed jattendu f’erba’ ċentri f’Għawdex – Ir-Rabat, ix-Xagħra, ix-Xewkija u Ta’ Sannat. L-għan ta’ dan il-programm huwa li jsaħħaħ l-abiltà ta’ l-istudenti fil-qari, il-kitba u d-djalogar bil-Malti u bl-Ingliż. |
| Skola | Sajf f’Għawdex fetħet aktar kmieni dan ix-xahar u mistennija tibqa’ għaddejja sa l-ewwel ġimgħa ta’ Settembru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990