Tliet laboratorji tal-ICT fl-MCAST t’Għawdex mgħammra b’fondi Ewropej
pr1395
27/07/2010
| Mijiet ta’ studenti | Għawdxin, b’mod partikolari dawk li qed jieħdu korsijiet fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ICT), qed imissu b’idejhom proġett importanti li sar b’fondi ewropej u li tlesta ftit tax-xhur ilu. Dan il-proġett kien jinvolvi t-twaqqif ta’ żewġ laboratorji tal-ICT u x-xiri ta’ tagħmir għalihom kif ukoll għal-laboratorju li kien diġa’ jeżisti. |
| Id-dettalji ngħataw waqt | żjara li l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, l-Onor. Chris Said għamlu fiċ-Ċentru tal-MCAST fix-Xagħra Għawdex. Din iż-żjara seħħet hekk kif kienu qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet minn żgħażagħ Għawdxin, biex minn Ottubru li ġej jibdew jattendu wieħed mill-korsijiet offruti mill-MCAST fil-gżira Għawdxija jew f’Malta. |
| Il-proġett | tal-laboratorji tal-ICT fl-MCAST f’Għawdex kien biss parti minn proġett usa li sewa madwar nofs miljun ewro u li involva t-tkabbir tal-Istitut għall-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni fiż-żewġ ċentri li għandu l-MCAST. B’kollox saru 18-il laboratorju – 15 f’Malta u tlieta f’Għawdex. |
| L-apparat li nxtara kien | jinkludi 376 kompjuter, 25 scanner, 46 network switch, 12-il projector, 18-il network laser printer u tlett servers. F’Għawdex kienu stallati 21 kompjuter u tagħmir ieħor f’kull wieħed mit-tliet laboratorji tal-ICT. |
| Is-sena li għaddiet 85 | student Għawdxi applikaw u kienu reġistrati biex jagħmlu kors fl-ICT f’wieħed minn tliet livelli differenti. Il-faċilitajiet tal-MCAST f’Għawdex jifilħu mal-120 student li jkunu qed jagħmlu kors fl-IT fl-istess żmien. |
| Il-Ministru għal Għawdex | Giovanna Debono spjegat kif f’dawn l-aħħar snin żdiedu l-faċilitajiet u l-opportunitajiet ta’ tagħlim għat-tfal u żgħażagħ Għawdxin f’Għawdex stess. Minbarra korsijiet ta’ edukazzjoni obbligatorja offruti fi ħdan il-Gozo College, mijiet ta’ żgħażagħ Għawdxin qed ikomplu bl-istudji post sekondarji fiċ-ċentru għal Studji Ogħla Sir M A Refalo li jwassal biex ħafna minnhom ikomplu bl-istudji terzjarji. |
| Permezz ta’ proġetti | ffinanzjati minn fondi Ewropej tjiebu l-faċilitajiet fis-servizzi offruti minn żewġ ċentri ta’ l-MCAST f’Għawdex. Minbarra l-proġett tal-laboratorji tal-Kompjuters, inbnew workshops ġodda għat-tagħlim u taħriġ fl-installazzjoni ta’ l-elettriku kif ukoll fil-welding u l-fabrikazzjoni, fiċ-ċentru tax-Xewkija. Ġew irranġati wkoll faċilitajiet eżistenti u nxtara makkinarju ġdid biex dawn ġew imtejba konsiderevolment. |
| Fuq kollox kienu | strumentali biex l-istudenti Għawdxin jagħmlu lezzjonijiet ta’ prattika fiċ-ċentri f’Għawdex stess mingħajr il-bżonn li dawn imorru fiċ-ċentri f’Malta. |
| Proġetti oħra minn fondi | ewropej kienu strumentali fil-bini mill-ġdid ta’ l-Istitut għal Studji turistiċi fil-Qala kif ukoll għal bini ta’ estensjoni taċ-ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artġjanat Wistin Camilleri. |
| Servizzi edukattivi | f’Għawdex jinkludu wkoll dawk offruti mill-kampus ta’ l-Universita’ f’Għawdex li permezz ta’ ko-finanzjament minn fondi ewropej qed joffri korsijiet li bihom parteċipanti Għawdxin ikunu jistgħu jsegwu studju li jwassal għal baċellerat. |
| Il-Ministru Giovanna | Debono fissret kif matul l-ewwel programm ta’ fondi strutturali għal Malta 2004-2006 ġew organizzati sensiela ta’ korsijiet li jvarjaw minn suġġetti dwar prattiċi ambjentali u agrikoli tajbin, studji fi programmi relatati max-xogħol kummerċjali, relazzjonijiet publiċi, korsijiet għal dawk li jaħdmu fis-settur turistiku kif ukoll korsijiet oħrajn li wasslu tagħlim bażiku fil-matematika kif ukoll il-qari u l-kitba tal-Malti u l-Ingliż. Huwa proġettat li anke matul il-programm ta’ fondi 2007-2013 Għawdex ikompli jibbenefika minn aktar proġetti u inizjattivi li jkomplu jtejbu l-ħiliet tar-riżorsi umani f’Għawdex. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li dan l-investiment li sar mill-MCAST hu turija tal-impenn tal-Gvern li juża bl-aħjar mod il-fondi Ewropej. Edukazzjoni ta’ kwalita’ għal uliedna hi waħda mill-pilastri li fuqhom hi msejsa l-ħidma tal-Gvern. L-Edukazzjoni, flimkien mal-investiment fl-ICT huma biss tnejn mis-seba’ setturi stabbiliti mill-Gvern fil-proġett Viżjoni 2015 u li fihom il-pajjiż għandu jeċċella. Il-fatt li l-investiment fil-laboratorji tal-ICT sar fiċ-Ċentru tal-MCAST f’Għawdex juri l-impenn tal-Gvern li jkompli jgħin lil din il-gżira biex hi wkoll tagħti sehem importanti fl-iżvilupp u fit-tkabbir ekonomiku ġenerali tal-pajjiż. |
| Chris Said semma kif l-industrija | tal-ICT hi responsabbli għal persentaġġ għoli ħafna ta’ kumpaniji ġodda u żgħar (start-ups). Dawn il-kumpaniji għandhom rwol mill-aktar importanti fil-qasam tal-innovazzjoni u l-intrapriża. Il-faċilitajiet li qed ikunu provduti f’Għawdex għandhom iwasslu biex jiżdiedu l-istudenti li eventwalment jiksbu ħiliet fl-IT, jiftħu kumpaniji għal rashom u jkunu kapaċi joffru servizzi innovattivi. |
| F’dan il-kuntest, is-Segretarju | Parlamentari Chris Said tkellem dwar in-negozji żgħar u medji li gawdew mill-fondi Ewropej. Fis-sentejn li għaddew 396 SME kisbu bejniethom madwar 25 miljun ewro permezz tal-inizjattiva ‘20million for industry’ imħaddma mill-Malta Enterprise. Fost dawn kien hemm 21 SME Għawdxi li bejniethom kisbu 1.6 miljun ewro. Dan ifisser li SMEs Għawdxin bejniethom ħadu 6.5 fil-mija tal-fondi kollha li kienu allokati taħt din l-inizjattiva b’fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF). |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990