Left arrow Mur Lura

L-EFFETTI TAR-RAĠĠI TAX-XEMX FUQ IL-BNIEDEM

pr1394
Date Icon 27/07/2010
L-Assistent Parlamentari fil-Ministerutas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Peter Micallef dalgħodu indirizza Konferenza tal-Aħbarijiet fil-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq, dwar l-effetti tar-raġġi tax-xemx fuq il-bniedem. Din il-Konferenza tal-aħbarijiet ġiet organizzata mid- Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard.
Dr Peter Micallef qalli ammonti żgħar ta' Ultra Violet (UV) mix-xemx huwa ta' benefiċċju għall-persuni u essenzjali fil-produzzjoni ta' vitamina D. Madankollu, l-espożizzjoni tal-bniedem fit-tul għal radjazzjoni ta’ UV tax-xemx tista' tikkawza rizultati negattivi fuq il-ġilda, l-għajnejn u s-sistema mmunitarja.
Ħruq mix-xemx jew xixemxata huma l-effett akut li huma l-iktar magħrufa meta persuna toqgħod fix-xemx għal ħin twil. Pero’ meta persuna tkun fix-xemx l-effetti tar-raġġi tax-xemx jikkaġunaw tibdil diġenerattiv fiċ-ċelloli tal-ġilda, tessuti fibrużi u vini tad-demm li jwassal għal tixjiħ prematur tal-ġilda.
Effett ieħor fit-tulhija reazzjoni infjammatorja ta' l-għajnejn. Fl-aktar każijiet serji, jista’ jirrizulta f’kanċer tal-ġilda u kataretti. Fil-fatt iż-żieda fl-inċidenza ta' kanċer tal-ġilda matul l-aħħar deċenju hija marbuta strettament ma' l-attivitajiet esposti għar-raġġi tax-xemx.
L-Onor. PeterMicallef kompla jgħid li l-Ministeru tas-Saħħa dejjem jagħmel enfażi fuq il-prevenzjoni. Persuna li taddotta l-prekawzjonijiet li ġejjin, tista' tipprevjeni l-effetti ta' ħsara tax-xemx. Dawn jinkludu:

·     Li toqgħod fid-dell,  

·     Tilbes ħwejjeġ addattati u kpieper  

·     Li tapplika sunscreen fuq dawk il-partijiet tal-ġisem li jibqgħu esposti bħall-wiċċ u l-idejn.

·     Jixrob ħafna ilma.  

Nuċċalijiet tax-xemxu kpiepel jew brieret inaqqsu l-espożizzjoni tax-xemx għall-għajnejn u għandhom jintlibsu regolari.
Kulħadd għandujipprova jgawdi l-attivitajiet fil-beraħ fil-għodu kmieni u tard wara nofsinhar fil-jiem tas-sajf. Huwa importanti ħafna li nevitaw ix-xemx speċjalment bejn il-ħdax u l-erbgħa ta’ wara nofs in-nhar.
B’mod partikularil-ġenituri huma mħeġġa partikolarment biex iżommu l-espożizzjoni UV tat-tfal tagħhom għal-livelli minimi sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' problemi marbuta ma’ l-UV, li dawn it-tfal jistgħu jiffaċċaw aktar tard fil-ħajja.
Huwa importanti litiġi evitata x-xemx, l-aktar f’dawn iċ-ċirkostanzi:
• Bħala regola ġenerali,kull meta d-dell ta' xi ħadd huwa iqsar mit-tul tiegħu, għandha tingħata attenzjoni għaliex iktar ma’ d-dell ikun qasir iktar qed isseħħ ħsara.
• UVhuwa l-aktar ta’ ħsara fis-siegħat bejn il-ħdax u l-erbgħa ta’ wara nofs in nhar u għalhekk wieħed għandu jevita li jkun barra f’dawn il-ħinijiet. Jekk dan ma’ jkunx possibbli, tipprova ssib dell jew titgħatta bi ħwejjeġ bħal ma huma kpiepel u nuċċalijiet tax-xemx.


• Xemxati jistgħu jseħħu kemm meta jkunu ġranet sbieħ u ċari kif ukoll f’temp imsaħħab.

Sun screens joffruprottezzjoni mix-xemx billi jassorbu, jew jirriflettu r-raġġi UV. Il-fattur tal-protezzjoni tax-xemx (SPF) jagħti indikazzjoni ta' l-effettività tal-ħarsien mix-xemx. Dawn għandu jkollhom protezzjoni kemm għall-UVA u kif ukoll għall-UVB.
“Inħeġġu lil kulħaddbiex igawdi l-ġranet sbieħ sajfin li joffri dan il-pajjiz iżda kulħadd hu mħeġġeġ li jipproteġi ruħu mill-aħjar li jista’ biex jibqa’ b’saħħtu,” temm jgħid l-Onor. Micallef.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow