L-EFFETTI TAR-RAĠĠI TAX-XEMX FUQ IL-BNIEDEM
pr1394
27/07/2010
| L-Assistent Parlamentari fil-Ministeru | tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Peter Micallef dalgħodu indirizza Konferenza tal-Aħbarijiet fil-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq, dwar l-effetti tar-raġġi tax-xemx fuq il-bniedem. Din il-Konferenza tal-aħbarijiet ġiet organizzata mid- Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard. |
| Dr Peter Micallef qal | li ammonti żgħar ta' Ultra Violet (UV) mix-xemx huwa ta' benefiċċju għall-persuni u essenzjali fil-produzzjoni ta' vitamina D. Madankollu, l-espożizzjoni tal-bniedem fit-tul għal radjazzjoni ta’ UV tax-xemx tista' tikkawza rizultati negattivi fuq il-ġilda, l-għajnejn u s-sistema mmunitarja. |
| Ħruq mix-xemx jew xi | xemxata huma l-effett akut li huma l-iktar magħrufa meta persuna toqgħod fix-xemx għal ħin twil. Pero’ meta persuna tkun fix-xemx l-effetti tar-raġġi tax-xemx jikkaġunaw tibdil diġenerattiv fiċ-ċelloli tal-ġilda, tessuti fibrużi u vini tad-demm li jwassal għal tixjiħ prematur tal-ġilda. |
| Effett ieħor fit-tul | hija reazzjoni infjammatorja ta' l-għajnejn. Fl-aktar każijiet serji, jista’ jirrizulta f’kanċer tal-ġilda u kataretti. Fil-fatt iż-żieda fl-inċidenza ta' kanċer tal-ġilda matul l-aħħar deċenju hija marbuta strettament ma' l-attivitajiet esposti għar-raġġi tax-xemx. |
| L-Onor. Peter | Micallef kompla jgħid li l-Ministeru tas-Saħħa dejjem jagħmel enfażi fuq il-prevenzjoni. Persuna li taddotta l-prekawzjonijiet li ġejjin, tista' tipprevjeni l-effetti ta' ħsara tax-xemx. Dawn jinkludu: |
· Li toqgħod fid-dell,
· Tilbes ħwejjeġ addattati u kpieper
· Li tapplika sunscreen fuq dawk il-partijiet tal-ġisem li jibqgħu esposti bħall-wiċċ u l-idejn.
· Jixrob ħafna ilma.
| Nuċċalijiet tax-xemx | u kpiepel jew brieret inaqqsu l-espożizzjoni tax-xemx għall-għajnejn u għandhom jintlibsu regolari. |
| Kulħadd għandu | jipprova jgawdi l-attivitajiet fil-beraħ fil-għodu kmieni u tard wara nofsinhar fil-jiem tas-sajf. Huwa importanti ħafna li nevitaw ix-xemx speċjalment bejn il-ħdax u l-erbgħa ta’ wara nofs in-nhar. |
| B’mod partikulari | l-ġenituri huma mħeġġa partikolarment biex iżommu l-espożizzjoni UV tat-tfal tagħhom għal-livelli minimi sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' problemi marbuta ma’ l-UV, li dawn it-tfal jistgħu jiffaċċaw aktar tard fil-ħajja. |
| Huwa importanti li | tiġi evitata x-xemx, l-aktar f’dawn iċ-ċirkostanzi: |
| • Bħala regola ġenerali, | kull meta d-dell ta' xi ħadd huwa iqsar mit-tul tiegħu, għandha tingħata attenzjoni għaliex iktar ma’ d-dell ikun qasir iktar qed isseħħ ħsara. |
| • UV | huwa l-aktar ta’ ħsara fis-siegħat bejn il-ħdax u l-erbgħa ta’ wara nofs in nhar u għalhekk wieħed għandu jevita li jkun barra f’dawn il-ħinijiet. Jekk dan ma’ jkunx possibbli, tipprova ssib dell jew titgħatta bi ħwejjeġ bħal ma huma kpiepel u nuċċalijiet tax-xemx. |
• Xemxati jistgħu jseħħu kemm meta jkunu ġranet sbieħ u ċari kif ukoll f’temp imsaħħab.
| Sun screens joffru | prottezzjoni mix-xemx billi jassorbu, jew jirriflettu r-raġġi UV. Il-fattur tal-protezzjoni tax-xemx (SPF) jagħti indikazzjoni ta' l-effettività tal-ħarsien mix-xemx. Dawn għandu jkollhom protezzjoni kemm għall-UVA u kif ukoll għall-UVB. |
| “Inħeġġu lil kulħadd | biex igawdi l-ġranet sbieħ sajfin li joffri dan il-pajjiz iżda kulħadd hu mħeġġeġ li jipproteġi ruħu mill-aħjar li jista’ biex jibqa’ b’saħħtu,” temm jgħid l-Onor. Micallef. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990