Approvata l-ħatra ta’ Maġistrat u żewġ Imħallfin ġodda
pr1393
27/07/2010
| Il-Kabinett tal-Ministri approva n-nomina | tal-Maġistrat Lawrence Quintano u l-Avukat Mark Chetcuti bħala Mħallfin tal-Qrati ta’ Malta kif ukoll in-nomina tal-Avukat Marse-Ann Farrugia bħala Maġistrat fl-istess Qrati. Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici jifraħ lill-Imħallfin u lill-Maġistrat ġodda. |
| Il-Maġistrat Lawrence Quintano twieled nhar id-29 | ta’ Lulju 1949 f’Birkirkara. Huwa ggradwa bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-1983. Huwa ġie nominat Maġistrat nhar l-14 ta’ Frar 2003 fejn ippresieda fuq każijiet ta’ droga li jġorru magħhom piena massima ta’ 10 snin priġunerija, u każijiet kriminali oħra. Qabel dan, bejn 1979 u l-2002, ipprattika bħala avukat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika. |
| L-Avukat | Mark Chetcuti twieled fl-4 ta’ Frar 1958. Huwa iggradwa bħala avukat mill-Università ta’ Malta f’Jannar tal-1982. Dr. Chetcuti ilu jipprattika ta’ avukat għal 28 sena li matulhom speċjalizza fl-oqsma tal-Liġi dwar il-Familja u l-Liġi Ċivili. Huwa kien ukoll membru fil-gruppi ta’ Arbitri fi ħdan iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ rigward kwistjonijiet ta’ natura ċivili u kummerċjali, kif ukoll dwar kwistjonijiet ta’ kolliżjonijiet bejn vetturi bil-mutur. Kien ukoll membru tal-Bord tal-Appell tar-Refuġjati u Chairman tal-Bord tal-Appell tal-Kumpaniji Kontrollati. |
| L-Avukat | Marse-Ann Farrugia twieldet fit-30 ta’ Lulju 1971 f’Ħ’Attard. Hija iggradwat bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-1993. Dr. Farrugia ilha tipprattika bħala avukat fil-Qrati Maltin mill-1994 fejn ipparteċipat f’bosta każijiet fl-oqsma tal-Liġi Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem. Fl-2004, hija nħatret bħala Assistenta Ġudizzjarja u Segretarja Legali għall-Prim Imħallef. |
| L-Imħallfin u l-Maġistrat ġodda mistennija jieħdu | l-ġurament tagħhom fil-ġranet li ġejjin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990