SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND SOĊJALI EWROPEW (FSE) - VERŻJONI AĠĠORNATA
| L-Awtorita` ta’ Ġestjoni f’Malta għall-Politika ta’ | Koeżjoni 2007-2013, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li li għadha kif nediet sejħa għal proposti ta’ proġetti li se jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007-2013. |
| Applikanti eliġibbli huma mistiedna biex jibagħtu | l-applikazzjonijiet tagħhom għal proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorita’ li ġej tal-Programm Operattiv II: ‘Insaħħu Ħilitna għall Aktar Impjiegi u Kwalitá ta` Ħajja Aħjar.’ |
| Assi ta’ Prijorita’ 1: | Insaħħu l-Edukazzjoni u Ħilitna – s-Setturi Kollha; u |
| Assi ta’ Prijorita’ 3: | Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza u l-Inklużjoni fis-Suq tax-Xogħol - is-Setturi Kollha |
Is-sejħa hija miftuħa ukoll għal Kunsilli Lokali u Għaqdiet non-Governattivi (jew l-ekwivalenti – inklużi skejjel tal-knisja u entitajiet oħra). Fil-każijiet kollha, l-organizzazjoni għandha tkun ilha mwaqqfa minn tal-inqas SENA qabel id-data tat-tnedija tas-sejħa u l-bini fejn se jseħħ l-intervent għandu jkun propjetà tal-organizzazzjoni li tapplika għall-fondi. F’każ tal-Kunsilli Lokali, il-bini għandu jkun propjetà tal-Kunsill jew inkella tal-Gvern. It-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa huwa ta’ €10 miljuni għal Assi ta’ Prijorita’ 1 u ta’ €20 miljun għal Assi ta’ Prijorita’ 3.
| Id-data | tal-għeluq tas-sejħa: il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru 2010 f’nofsinhar |
| Il-proposti għandhom jinżammu fil-baġit ta’ din | is-sejħa, madankollu l-Awtorita` ta’ Ġestjoni tirriserva id-dritt li talloka aktar fondi jekk tqis li dan ikun xieraq u f'konformità mal-miri tal-Programm Operattiv. |
Il-Programm Operattiv II, il-Formola tal-Applikazzjoni u n-Noti ta’ Gwida jistgħu jinkisbu minn fuq il-paġna elettronika www.ppcd.gov.mt/calls_all.
Għal aktar informazzjoni, applikanti prospettivi huma mħeġġa li jattendu Sessjonijiet ta’ Informazzjoni għal applikanti prospettivi li ser issiru f’Malta f’dawn id-dati:
§ Il-Ħamis, 5ta’ Awissu 2010 mid- 09:00 sa 12:00;
§ Il- Ġimgħa, 6ta’ Awissu 2010 mill-15:00 sa 18:00;
§ L-Erbgħa, 1ta’ Settembru 2010 mid- 09:00 sa 12:00.
Sessjoni ta’ Informazzjoni oħra ser issir f’Għawdex nhar l-Erbgħa 4 t’ Awissu mid-09:30 sa 12:30.
Il-Formola ta’ Reġistrazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq: www.ppcd.gov.mt/calls_all u għandha tintbagħat lil Ms. Claire Hollier fuq claire.hollier@gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 30 ta’ Lulju. Il-postijiet huma limitati u għaldaqstant se jkunu riservati skont minn japplika l-ewwel. In-numru ta’ parteċipanti minn kull organizzazzjoni jista’ jkun restritt skont il-bżonn.
Aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD www.ppcd.gov.mt jew mis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990