Left arrow Go Back

SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND SOĊJALI  EWROPEW (FSE)  -  VERŻJONI AĠĠORNATA

pr1392
Date Icon 27/07/2010
L-Awtorita` ta’ Ġestjoni f’Malta għall-Politika ta’Koeżjoni 2007-2013, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li li għadha kif nediet sejħa għal proposti ta’ proġetti li se jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007-2013.
Applikanti eliġibbli huma mistiedna biex jibagħtul-applikazzjonijiet tagħhom għal proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorita’ li ġej tal-Programm Operattiv II: ‘Insaħħu Ħilitna għall Aktar Impjiegi u Kwalitá ta` Ħajja Aħjar.’
Assi ta’ Prijorita’ 1:Insaħħu l-Edukazzjoni u Ħilitna – s-Setturi Kollha; u
Assi ta’ Prijorita’ 3:Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza u l-Inklużjoni fis-Suq tax-Xogħol - is-Setturi Kollha

Is-sejħa hija miftuħa ukoll għal Kunsilli Lokali u Għaqdiet non-Governattivi (jew l-ekwivalenti – inklużi skejjel tal-knisja u entitajiet oħra). Fil-każijiet kollha, l-organizzazjoni għandha tkun ilha mwaqqfa minn tal-inqas SENA qabel id-data tat-tnedija tas-sejħa u l-bini fejn se jseħħ l-intervent għandu jkun propjetà tal-organizzazzjoni li tapplika għall-fondi. F’każ tal-Kunsilli Lokali, il-bini għandu jkun propjetà tal-Kunsill jew inkella tal-Gvern.  It-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa huwa ta’ €10 miljuni għal Assi ta’ Prijorita’ 1 u ta’ €20 miljun għal Assi ta’ Prijorita’ 3.

Id-datatal-għeluq tas-sejħa: il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru 2010 f’nofsinhar
Il-proposti għandhom jinżammu fil-baġit ta’ dinis-sejħa, madankollu l-Awtorita` ta’ Ġestjoni tirriserva id-dritt li talloka aktar fondi jekk tqis li dan ikun xieraq u f'konformità mal-miri tal-Programm Operattiv.

Il-Programm Operattiv II, il-Formola tal-Applikazzjoni u n-Noti  ta’ Gwida jistgħu jinkisbu minn fuq il-paġna elettronika www.ppcd.gov.mt/calls_all. 

Għal aktar informazzjoni, applikanti prospettivi huma mħeġġa li jattendu Sessjonijiet ta’ Informazzjoni għal applikanti prospettivi li ser issiru f’Malta f’dawn id-dati:

§        Il-Ħamis, 5ta’ Awissu 2010 mid- 09:00 sa 12:00;

§        Il- Ġimgħa, 6ta’ Awissu 2010 mill-15:00 sa 18:00;

§        L-Erbgħa, 1ta’ Settembru 2010 mid- 09:00 sa 12:00.

Sessjoni ta’ Informazzjoni oħra ser issir f’Għawdex nhar l-Erbgħa 4 t’ Awissu mid-09:30 sa 12:30.

Il-Formola ta’ Reġistrazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq: www.ppcd.gov.mt/calls_all  u għandha tintbagħat lil Ms. Claire Hollier fuq claire.hollier@gov.mt  sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 30 ta’ Lulju. Il-postijiet huma limitati u għaldaqstant se jkunu riservati skont minn japplika l-ewwel. In-numru ta’ parteċipanti minn kull organizzazzjoni jista’ jkun restritt skont il-bżonn.

Aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD www.ppcd.gov.mt jew mis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow