Left arrow Go Back

JITNIEDA D-DOKUMENT TA’ QABEL IL-BUDGET 2011: VIŻJONI, IDEAT, DISKUSSJONI

pr1390
Date Icon 27/07/2010
“Fis-sentejn ligħaddew il-Gvern poġġa l-enfasi tal-ħidma tiegħu biex jilqa’ għall-isfidi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, billi b’mod partikolari intervjena fejn meħtieġ biex jassigura u joħloq il-postijiet tax-xogħol. Dan sar filwaqt li kompla l-investiment fil-qasam edukattiv u dak soċjali. Il-pass li jmiss huwa li waqt li nkomplu mmexxu lil pajjiżna lejn l-irkupru ekonomiku, ma ninsewx il-ħtieġa li nsaħħu aktar il-qafas soċjali ta’ pajjiżna, biex naċċertaw ruħna li filwaqt li l-ekonomija ta’ pajjiżna tkompli tikber, ħadd ma jaqa’ lura”. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech waqt it-tnedija tad-Dokument ta’ Qabel il-Budget 2011.
Dan id-Dokument ta’Qabel il-Budget jisħaq fuq il-bżonn ta’ tisħiħ tal-investiment fis-saħħa u l-edukazzjoni, filwaqt li jipprovdi impenn ċar li titħares is-sistema ta’ solidarjetà tagħna li għandha timxi id f’id mat-tkabbir ekonomiku tagħna.
Il-Ministru TonioFenech spjega li “kien kruċjali li l-pajjiż jibqa’ kompetittiv fi żmien ta’ riċessjoni internazzjonali. Issa, li bil-mod il-mod qed nerġgħu naraw tkabbir fl-ekonomija, irridu naraw kif se nkomplu nsostnu dan it-tkabbir filwaqt li nkomplu nagħtu l-għodda, b’mod partikolari l-edukazzjoni u t-taħriġ”, biex kulħadd ikun jista’ jieħu sehem f’dawn il-kisbiet. Dan jagħmel sens ukoll biex nilħqu l-miri tagħna għal Viżjoni 2015.
Il-Ministru wissa’wkoll fuq il-ħtieġa li titkompla titħares is-sostenibbiltà tal-finanzi tal-pajjiż. Imxejna b’ghaqal u b’diskussjoni mal-imsieħba socjali, mal-unions u ma’ min iħaddem u pajjiżna ma rrikorriex għal dak li għamlu pajjiżi oħra li għollew it-taxxi, bħalma huma l-income tax u l-VAT.
Għal kuntrarjupajjizna naqqas l-income tax għal 2009, wara li l-Gvern kien naqqas l-income tax fis-sentejn ta’ qabel ukoll. Dan minnbarra li minn din is-sena naqqasna l-income tax għas-self employed u n-negozji żgħar li jimpjegaw u jinvestu aktar.
“Dejjem sostnejna,tul il-kriżi li l-impjiegi huma priorità. Dan ma jfissirx li abbandunajna l-gћan tagћna li nsaћћu l-finanzi tal-pajjiż. Mhux b’kumbinazzjoni li Malta kienet fost l-uniċi żewġ pajjiżi li naqqsu d-defiċit fl-2009. F’dan is-sens ukoll, irridu nibnu fuq ir-riiżultati miksuba”. Għal dan il-għan, id-dokument iressaq numru ta’ proposti ntiżi biex il-Gvern isaħħaħ l-iskrutinju fuq in-nefqa kollha fis-settur pubbliku biex inżidu l-effiċjenza u l-valur gћal flusna.
Is-setturtal-impjiegi jibqa’ qasam kruċjali, u għalkemm pajjiżna jikkompara tajjeb meta mqabbel ma’ pajjiżi Ewropej, il-Gvern qed iħares lejn numru ta’ inizjattivi biex jassigura mhux biss il-ħolqien ta’ aktar postijiet tax-xogħol iżda wkoll biex ikun hemm aktar persuni fis-suq tax-xogħol, fosthom żgħażagħ, nisa u anzjani.
Il-Gvern fi ħsiebujibni fuq is-suċċessi miksuba b’aktar investiment fi programmi u inizjattivi fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jћajru n-nies biex jaћdmu, itejbu l-kapaċitajiet tagћhom u jilћqu livelli ogћla ta’ kwalità. Fost il-proposti nsibu inizjattivi gћat-tisћiћ ta’ ħiliet bażiċi ta’ min qed ifittex xogћol u gћaż-żgћażagћ li qegћdin, jew se jispiċċaw minn kura istituzzjonali, inċentivi ulterjuri gћall-privat biex jintroduċi miżuri favur il-familja, riformi marbuta mal-flessigurtà, promozzjoni ta’ mobilità fl-impjiegi u t-tisћiћ tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi u l-istituzzjonijiet edukattivi.
Fost is-setturi ntiżibiex il-Gvern jimmira lejn setturi ġodda li joffru potenzjal ta’ tkabbir u ħolqien ta’ impjiegi nsibu s-setturi tal-kreattività u dak tal-green jobs. Bћalissa, hemm Grupp ta’ Ħidma li gћandu l-gћan li jћejji strateġija ntiża biex tassisti n-negozji f’dan is-settur isibu aċċess gћas-swieq, promozzjoni ta’ Malta bћala ċentru tal-kreattività. Il-Gvern huwa intiż li jinvesti aktar fir-riżorsi edukattivi u programmi ta’ taћriġ biex is-settur edukattiv jilћaq aktar il-ћtiġijiet tal-ekonomija tal-kreattività, kif ukoll bl-introduzzjoni ta’ miżuri fiskali/finanzjarji li jgћinu l-internalizzazzjoni ta’ prodotti u servizzi u t-tisћiћ tal-aċċess gћas-swieq.
Saħħa ta’ kwalitàb’xejn hija pedament importanti tal-politika tal-Gvern. Id-dokument jipproponi t-tisħiħ ta’ dan is-settur b’enfasi fuq il-konsolidazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja u amministrattiva tas-sistemi tas-saћћa, kif ukoll ћarsa lejn il-funzjoni tar-riżorsi umani.
F’dan il-kuntest,il-proposti jinkludu t-tnedija ta’ Strateġija Nazzjonali dwar il-Kanċer, li tinkludi programmi ta’ screening, kampanja kontra t-tabakk, investiment f’inizjattivi ġodda ta’ dijanjożi u trattament, introduzzjoni ta’ servizzi ta’ PET Scanner, aktar fondi gћal ġlieda kontra l-obeżità; politika dwar is-Saћћa Sesswali, it-tnedija ta’ Strateġija Nazzjonali dwar id-Dimenzja, it-tkomplija tal-ћidma (fuq bażi tas-suċċessi miksuba din is-sena) kontra l-waiting lists u l-waiting time u t-tisћiћ tas-servizz tal-kura primarja b’investiment qawwi fl-infrastruttura u taћriġ.
Gћawdex ukoll għandukontribut importanti għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż. F’dal-kuntest, Tonio Fenech sostna li “Gћawdex hija gżira b’wirt u kultura uniċi. Gћandha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi partikolari tagћha, u gћalhekk jixirqilha strateġija ekonomika differenti.” Il-ħidma favur Għawdex għandha tiffoka fuq tliet setturi partikolari, l-agro kultura, it-turiżmu lokali u barrani, kif ukoll l-ekonomija bbażata fuq l-gћarfien.
Fost il-propostinsibu inċentivi fiskali favur investiment kompatibbli ma’ Eko-Gћawdex u Inċentivi biex żgћażagћ b’kapaċitajiet imprenditorjali/fl-ICT iwaqqfu n-negozju tagћhom biex b’hekk jonqsu l-impjiegi dipendenti fuq l-istaġuni u fuq setturi li aktarx huma aktar dipendenti minn ċirkostanzi li ftit ikun hemm kontroll fuqhom.
Mad-Dokument ta’Qabel il-Budget ġew ippubblikati wkoll Rapport dwar l-Inflazzjoni kif ukoll abbozz ta’ TaxPayer’s Charter għall-konsultazzjoni.

Il-Ministru ħeġġeġ lill-korpi kostitwiti biex jiġbru dan id-dokument mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, mis-sit www.finance.gov.mt u jibagħtu l-kummenti tagħhom fuq malta.budget@gov.mt  jew bil-posta fuq “Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Triq Nofsinhar, il-Belt” jew fuq telefon 25998244.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow