Left arrow Mur Lura

L-investiment u l-ħolqien tax-xogħol priorità ewlenija għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

pr1389
Date Icon 27/07/2010
23ftehim li jiffaċilità l-investiment f’pajjiżna iffirmati fl-aħħar 28 xahar
F’dinil-leġislatura il-Gvern Malti iffirma, irratifika jew daħħal fis-seħħ 23 ftehim sabiex jiffaċilità l-investiment dirett barrani f’Malta. Dawn il-ftehim jikkonsistu fi 18-il wieħed dwar Ħelsien ta’ Taxxa Doppja, tlett ftehim dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tal-Investiment u żewġ ftehim dwar it-tneħħija tal-Viża. Dawn il-ftehim huma parti minn total ta’ 99 arranġament ma’ diversi pajjiżi. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandu rwol kruċjali fit-tfassil ta’ dawn il-ftehim.
Flimkienma’ dawn il-ftehim hemm numru oħrajn li jittrattaw it-Turiżmu u koperazzjoni bilaterali oħra,  fosthom fl-oqsma legali, l-isport u ż-żgħażagħ.
Il-ViċiPrim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor.  Tonio Borg saħaq li l-impenn tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li jkompli jkun aktar preżenti b’mod internazzjonali fil-qasam diplomatiku, qed iwassal għat-tkattir tal-kuntatti. Dan b’mod partikolari ma’ nies u organizzazzjonijiet imħajra biex jinvestu f’pajjiżna.
Hekk kifmatul din il-ġimgħa l-Ambaxxaturi Maltin qed jiltaqgħu f’Malta għal-laqgħa annwali tagħhom, il-Viċi Prim Ministru se jkun qed jisħaq ma’ dawn l-Ambaxxaturi biex ikomplu jservu fir-rwol importanti tagħhom bħala ħolqa indispensabbli fit-tkattir tal-investiment. Il-Viċi Prim Ministru qal li l-Ministeru qed ikollu juża ħafna mir-riżorsi tiegħu għal dan il-għan. Fost l-oħrajn insibu ir-rekord ta' kuntatti li l-Ambaxxati Maltin irċevew u segwew flimkien mal-Malta Enterprise fl-ewwel 6 xhur tas-sena fejn dawn ammontaw għal 750 kuntatt.
Il-Ftehim ta’ Tassazzjoni Doppja ġew iffirmatimal-Bahrain, mal-Belgium, il-Georgia, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Isle of Man, l-Italja, Jersey, Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Montenegro, il-Qatar, San Marino, is-Serbja, Singapore, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti.  Il-Ftehim dwar il-Ħarsien u l-Promozzjoni tal-Investiment ġew iffirmati maċ-Ċina, il-Montenegro u s-Serbja; filwaqt li t-tneħħija tal-Viża ġew iffirmati mal-Qatar u l-Istati Uniti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow