PREŻENTAZZJONI TA’ ĊERTIFIKATI LIL KINDERGARTEN ASSISTANTS: IL-GVERN JINVESTI FL-EDUKAZZJONI BIKRIJA
pr1388
27/07/2010
| Il-Gvern hu | determinat li jkompli jinvesti fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal permezz ta’ Ċentri għall-Ħarsien tat-Tfal u l-Kindergartens għaliex dan hu żmien kruċjali għall-edukazzjoni ta’ kull individwu. |
| Dan sostnietu l-Ministru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina meta l-bieraħ fil-għaxija qassmet ċertifikati lil numru ta’ Kindergarten Assistants li wara snin twal fl-impjieg mal-Gvern, issa ngħataw ir-rikonoxximent li kien jixirqilhom wara li temmew b’suċċess kors li sar apposta għalihom. |
| Fid-diskors tagħha l-Ministru | tal-Edukazzjoni qalet li dan hu jum ta’ ferħ mhux biss għal numru ta’ persuni li se jieħdu ċ-Ċertifikat wara li għamlu kors ta’ Kindergarten Assistants, imma anke għad-Direttorat u għall-Ministeru tal-Edukazzjoni. Din hi ġurnata li fiha qed issir ġustizzja ma’ numru ta’ persuni li taw servizz tajjeb u għal ħafna snin mat-tfal tal-Kindergarten, iżda li sfortunatament qatt ma kellhom impjieg fiż-żgur u dejjem inkwetati dwar il-futur tagħhom. |
| Sena ilu, | il-Ministeru laħaq ftehim mal-MUT biex is-sitwazzjoni ta’ dawn in-nies tkun regolarizzata u ssir ġustizzja magħhom darba għal dejjem u jkollhom serħan il-moħħ dwar l-impjieg tagħhom. Mal-grupp li ngħataw iċ-ċertifikat il-bieraħ, hemm żewġ gruppi oħra li qed isegwu korsijiet simili iżda ftit aktar fit-tul, skond l-esperjenza li għandhom, u dawn ukoll meta jlestu l-kors tagħhom jingħataw iċ-ċertifikat tant mistħoqq. |
| Il-Minisru Cristina | ħadet l-opportunita’ biex titkellem ftit dwar il-mod li bih inħarsu lejn l-edukazzjoni bikrija, għax anke f’dan is-settur qed issir ħafna ħidma u investiment qawwi. |
| Aktar tard din | il-ġimgħa se jinfetaħ Child Care Centre ieħor fis-Siġġiewi. Aktar tard din is-sena se jinfetħu żewġ ċentri oħra f’Bormla u Pembroke. In-numru ta’ Child Care Centres tal-Gvern kull ma jmur qed jiżdied – u hekk se nkomplu nagħmlu – u hawn numru ieħor tajjeb ta’ ċentri mmexxija mill-privat. |
| Hi enfasizzat li dawn | iċ-Ċentri m’humiex sempliċi postijiet fejn isir baby-sitting. Dawn huma ċentri fejn nies imħarrġa apposta jieħdu ħsieb u jibdew jedukaw lit-tfal minn eta’ ta’ ftit xhur sa tliet snin, għaliex nafu li dan hu l-perjodu li fih il-bniedem jitgħallem sa 80% ta’ dak li jitgħallem tul ħajtu kollha. |
| Minn din il-fażi | mbagħad it-tfal jgħaddu għall-Kindergarten u hawnhekk allura jibda dieħel xi tagħlim aktar formali u saħansitra l-lum fiċ-ċentri tal-Kindergarten daħlu wkoll il-kompjuters. |
| Il-Ministru qalet li | meta wieħed imur fi klassijiet tal-kindergarten kif tagħmel hi meta żżur l-iskejjel matul is-sena, jibqa’ impressjonat b’numru ta’ affarijiet li jara. L-ewwelnett id-dedikazzjoni tal-Kindergarten Assistants lejn it-tfal. Il-paċenzja li jieħdu bihom u l-imħabba li juruhom. Tara tfal ta’ tlieta u erba’ snin, jitgħallmu u jilgħabu flimkien. Jitgħallmu jaqsmu l-affarijiet, il-ġugarelli, il-kuluri, il-forom, il-blocks li jsibu fil-klassi. U issa anke tarahom isegwu fuq il-kompjuter xi programm ħafif disinjat apposta għalihom. |
| F’dan il-qasam, | pajjiżna hu l-għira ta’ pajjiżi oħra ferm akbar minnha, fosthom pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li għadhom ma laħqux il-livelli li lħaqna aħna fil-qasam tal-kindergarten. |
| Mertu kbir għal dan | is-suċċess hu proprju tal-Kindergarten Assistants li jmexxu dawn il-klassijiet. Il-pajjiż hu grat lejn is-servizz li dawn taw għal ħafna snin. U l-lum il-pajjiż ħass li għandu jagħmel ġustizzja magħhom u jagħtihom dak li ilhom jaħdmu għalih is-snin. “Qed nagħtukom rikonoxximent għall-ħidma tagħkom u qed nassigurawlkom l-impjieg tagħkom”. |
| Il-Ministru | ddeskriviet din bħala okkażjoni ta’ ferħ. U għalhekk ferħet b’mod partikolari lil dawk kollha li temmew b’suċċess il-kors li kien offrut lilhom mill-MCAST u li llum se jieħdu il-frott tal-ħidma tagħhom. |
| Irringrazzjat wkoll | lill-Prinċipal u lil-lecturers tal-MCAST li mexxew dan il-kors kif ukoll lid-Direttorati tal-Edukazzjoni għall-ħidma u l-kontribut tagħhom li wasslu sa din il-ġurnata. Irringrazzjat wkoll lill-uffiċjali tal-Malta Union of Teachers li magħhom il-Ministeru kien iffirma Memorandum of Understanding fuq dak li kien meħtieġ biex issir ġustizzja ma’ din il-kategorija ta’ impjegati. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990